COVID-19
ARA: Wara aktar minn xahrejn iżuru lill-qraba anzjani tagħhom

Wara aktar minn xahrejn mċaħħda milli jaraw lill-qraba anzjani tagħhom, għadd kbir ta’ qraba bdew jingħataw l-opportunità li jaraw lil qrabathom minn wara l-perspex. Il-Kap Eżekuttiv ta’ San Vincenz de Paule Dr Josianne Cutajar qalet li kienu ħerqana li jħallu qraba jaraw lir-residenti għaliex l-uġigħ tal-qalb li kellhom l-anzjani u anki l-qraba kien kbir wisq u li l-firda kellha wkoll effetti psikoloġiċi.

Fid-disgħa ta’ filgħodu quddiem ir-residenza San Vincenz de Paule sibna kju ta’ nies lkoll ħerqana biex wara għaxar ġimgħat jaraw lill-qrabahom. Qabel id-dħul f’San Vincenz intramat tinda fejn ittieħdu l-miżuri ta’ mitigazzjoni skont il-protokoll mill-awtoritajiet tas-saħħa. Fost oħrajn biex jiġi evitat li l-qraba li jidħlu fil-binja, sar trasport apposta li jwassalhom qrib is-sala fejn ikunu hemm il-qraba tagħhom.

“Il-proċess biex wieħed iżur lill-anzjani kawt, iżommu distanza soċjali, titteħdilhom it-temperatura, titwaħħal sticker li tiċċertifika li għamlu t-test.”

Iż-żjarat kontrollati lil anzjani fid-djar tal-anzjani qed isiru biss bl-appuntament biex ikun evitat l-iffullar u kull laqgħa ma ddumx aktar minn kwarta u ssir minn wara l-perspex. Madankollu anke jekk dan huwa kuntatt limtiat xorta deher li huwa apprezati kemm mill-anzjani kif ukoll minn qrabathom.

Il-Kap Eżekuttiv ta’ San Vincenz de Paule Dr Josianne Cutajar qalet li l-arranġament biex jingħata dan l-aċċess limitat kien jinvolvi ħafna xogħol iżda fl-istess waqt stqarret li huwa ta’ sodisfazzjon għaliex ħafna mill-anzjani bdew jiġu affettwati ħażin għax kienu mċaħħda mill-familji tagħhom.

“Aħna konna konxji mill-weġa’ tal-familjari, kien hemm trawma psikoloġika u konna qed nistennew din il-miżura biex niftħu”.

Id-deċiżjoni li twaqqfu ż-żjarat fil-bidu tal-pandemija saret biex ikunu mħarsa l-anzjani għaliex fiċ-ċirkustanzi ta’ dan il-virus anke l-imħabba lejn l-anzjani mill-għeżież tagħhom setgħet tkun fatali.

Aħbarijiet Oħra
Edukazzjoni

Wara li l-Università ta’ Malta semgħet id-dispjaċir tal-istudenti u l-familjari tagħhom għall-aħbar li ċ-ċerimonji ta’ gradwazzjoni se jiġu posposti hija qalet li se tipprova ssib soluzzjoni biex dawn isiru fiż-żmien tagħhom….

Immigrazzjoni

Grupp ta’ madwar 50 immigrant żbarkaw matul il-lejl li għadda f’Malta wara li kienu ilhom ġranet abbord il-bastiment  MV Talia. F’kitba fuq twitter l-għaqda Alarm Phone, qalet li wara ġranet maqbuda…

Politika

Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista tilef vot ta’ fidċuja fil-grupp parlamentari wara laqgħa li damet għaddejja ħames siegħat. Madanakollu, f’konferenza tal-aħbarijiet eżatt wara għall-ħabta tas-sagħtejn ta’ filgħodu, Dr Delia qal li mhux…

Edukazzjoni

L-Università ta’ Malta ħabbret li ċ-ċerimonji ta’ gradwazzjoni li kienu se jsiru f’Novembru u Diċembru li ġej jiġu posposti għas-sena d-dieħla minħabba l-inċertezza relatata mal-COVID-19. Ir-Rettur tal-Università, il-Professur Alfred Vella…

Aktar