Lokali
ARA: Wara li tilfet saqajha t-tnejn riedet tibqa’ tgħix u mhux iċċedi

Iċ-champion Paralimpika Giusy Versace li tilfet saqajha t-tnejn f’inċident tat-traffiku tinsab f’Malta bħala mistiedna speċjali tal-Malta Sport Awards. Giusy Versace minbarra li hija champion paralimpika waqqfet organizzazzjoni li permezz tagħha tipprovdi prostezi u għajnuniet lil persuni b’diżabilità li jkunu tilfu partijiet minn ġisimhom.

13-il sena ilu, Giusy Versace kienet fi triqitha minn Salerno għal Reggio Calabria meta kawża ta’ inċident gravi tat-traffiku, tilfet saqajha t-tnejn. Giusy li tiġi mill-familja tal-moda ta’ Gianni Versace, qalet lil TVM li għalkemm l-inċident kienl-esperjenza trawmatika għaliha u għal familtha tħossha grata li baqgħet tgħix. Sostniet li meta tigi wiċċ imb wiċċ mal-mewt tkun trid tibqa’ tgħix u mhux iċċedi.

Giusy Versace qalet li “meta rrealizzajt li stajt miet, kien hemm fejn qabadni għatx kbir li rrid ngħix, u allura ridt nagħmel dak kollu li jtini ħafna enerġija u ħafna forza”.

Giusy Versace qalet li tmien snin ilu ddeċidiet li tiddedika ħajjitha għall-isport, anki jekk mingħajr saqajn, riedet li ssir champion b’saqajn artifiċjali. Qaltilna li wara ħafna taħriġ iebes, anki biex drat is-saqajn foloz, ħadet sehem f’kompetizzjonijiet tal-atletika u rebħet 11-il tazza u kisbet rekords nazzjonali fl-atletika.

Hija saħanistra rnexxielha tkun finalista fil-paralimpiadi ta’ Rio l-Brazil, fl-2016. Giusy fl-Italja hija personalità popolari ħafna fuq it-televiżjoni u għandha għaqda li biha tgħin persuni b’diżabilita’ bħalha.

Giusy Varsace qalet li saqajha t-tnejn juġawha l-ħin kollu u ġieli anke l-prosteżi tweġġagħha imma qalet li dan ma jaqtagħlhiex qalbha u għalhekk tħeġġeġ lil min hu bħalha biex jagħmel kuraġġ.

Giusy Versace tgħid li “il-ħajja tgħaddik minn eżami, u aħna rridu nkunu b’saħħitna u bravi, u anki pożittivi biżżejjed biex meta jiġru affarijiet koroh inkunu sodi biex naffaċċjawhom”.

Giusy Versace ħarġet ukoll ktieb u tellgħet musical fit-teatru li jittratta dwar kif fil-ħajja anki jekk bla saqajn jew xi parti oħra mill-ġisem tista’ tasal għas-suċċess. Giusy hija l-mistiedna speċjali tal-Malta Sport Awards ta’ din is-sena.

Aħbarijiet Oħra
Edukazzjoni

L-operaturi tat-trasport fl-iskema ta’ trasport b’xejn għall-istudenti tal-iskejjel tal-Knisja u indipendenti żdiedu bi 18 oħra. Fi stqarrija, il-Ministeru għall-Edukazzjoni qal li l-operaturi tat-traspost telgħu għal 75. Il-Ministeru qal li ser ikun…

Lokali

Il-Moviment Patrijotti Maltin organizza mixja mill-Ħamrun sal-Marsa b’solidarjetà mar-residenti. Henry Battistino f’isem il-Moviment qal li b’din il-mixja jridu juru s-solidarjetà tagħhom għaliex qal li dawn ir-residenti qed isofru konsegwenzi minħabba…

Lokali

Il-Professur Alan Deidun qal li fl-ibħra Maltin feġġet ħuta invażiva magħrufa bħala Siganus Luridus jew Qawsalla. Fuq Facebook, Prof Deidun spjega li l-ħuta oriġinat fil-Baħar l-Aħmar u l-Oċean Indjan. Hija ġiet…

Aktar