Kurżitajiet
ARA: Wara xhur ta’ nixfa, it-toroq jegħrqu u l-bram jitla’ l-art

Filmati u ritatti li qed iduru fuq il-midja soċjali juru l-effetti tar-riħ u x-xita qawwija tal-lum.

Hekk kif ħafna nies qed josservaw il-kwarantina u għalhekk jinsabu magħluqa f’darhom, il-maltempata tal-lum setgħet serviet ta’ ftit konsolazzjoni.

Iżda dawk li kienu sfurzati joħorġu għax-xogħol jew għal bżonnijiet oħra, sabu ma wiċċhom xeni li kienu ilhom ftit ma jidhru, wara xhur ta’ nixfa liema bħalha.

Fl-Imsida, bħal ma wieħed jistenna, it-toroq spiċċaw mgħerrqa.

Msida Valley Road.

Gepostet von Maltese Roads Traffic Updates am Mittwoch, 25. März 2020

F’Wied il-Għajn, il-baħar tela’ bil-qawwa fil-bajja ta’ San Tumas, fejn is-sena l-oħra għadd ta’ persuni nqabdu fil-boathouses u ma setgħux joħorġu minħabba l-Grigalata qawwija u l-akla li tellgħet magħha.

Illum, barra l-alka, il-baħar tela’ għadd kbir ta’ bram, li beda jogħla fl-ajru mal-mewġ u jissabbat fuq it-tarmak tat-triq. B’nofs ċajta, uħud ikkummentaw illi kieku flok bram tela’ l-ħut, żgur li t-triq kienet titnaddaf f’ħin qasir.

Ritratt: Doris Zammit, Malta Weather Page – Facebook

F’Birżebbuġa u postijiet oħra, dgħajjes inqatgħu mill-irmiġġi u ntelqu għall-ħniena tal-mewġ.

Ritratt: Karmenu Vella – Facebook

Ara wkoll:

Twissija ta’ riefnu

 

 

Aħbarijiet Oħra

Il-kumpanija għall-immaniġġjar tal-iskart, Wasteserv, qalet li qed iżżid l-isforzi biex il-pajjiż itejjeb ir-rata tar-riċiklaġġ. Wara l-akbar esportazzjoni f’seba’ snin ta’ fdalijiet ta’ ħġieġ, fil-landfill tal-Għallis bħalissa għaddejja operazzjoni kbira biex…

Sean Grech ta’ 26 sena mis-Siġġiewi ġie mixli li kkaġuna ġrieħi ħfief lit-tfajla tiegħu. Iż-żagħżugħ, li hu wkoll missier, ġie mixli li bl-imġieba tiegħu kkaġuna biża’ li se tintuża vjolenza…

Ħmistax-il ġurnata ‘l bogħod mill-elezzjoni għall-kap tal-Partit Nazzjonalista, iż-żewġ kandidati – Adrian Delia u Bernard Grech – qalu tagħhom dwar ir-rapport ta’ due diligence li sar dwarhom u li ġie…

Il-Wasteserv reġgħet ċaħdet allegazzjonijiet li saru fuq l-operat tagħa f’Għawdex u qalet li mill-investigazzjoni li għamlet irriżulta li dawn huma infondati. Fi stqarrija b’referenza għal artiklu ppublikat f’Il-Mument ġimagħtejn ilu,…

Aktar