Mużika
ARA: We Are More se tirrappreżenta lil Malta fil-JESC

Il-Public Broadcasting Services Ltd nediet il-Music Video u d-diska li biha se tkun irrappreżentata Malta fil-Junior Eurovision Song Contest, li se jsir fil-Polonja f’Novembru li ġej.

Eliana Gomez Blanco ser tkun qed tkanta d-diska We Are More, bil-lirika ta’ Rachel Suter, Jonas Thander, Joe Julian Farrugia u Kevin Lee, u b’kompożizzjoni ta’ Jonas Thander u Rachel Suter.

Id-diska, b’messaġġ għaż-żagħzagħ biex ikunu pożittivi u ma jaqtgħux qalbhom, għandha tiżwiqa ta’ żewġ lingwi; dik ta’ l-Ingliż u kif ukoll xi versi bil-Malti, miktuba mill-awtur Malti Joe Julian Farrugia.

Eliana Gomez Blanco, li ngħażlet permezz tal-voti tal-ġurija u tal-pubbliku waqt konkors li sar fis-Sajf, ser tkun qed tirrappreżenta lill-Malta fl-24 ta’ Novembru li ġej, fil-Polonja.

Din is-sena hemm total ta’ dsatax il-pajjiż li ser ikunu qed jipparteċipaw f’dan is-song contest organizzat mill-European Broadcasting Union.

Aħbarijiet Oħra
Lokali

Il-gvern ħabbar il-ftuħ tal-istaġun tal-insib tal-ħarifa għal żewġ speċi: il-pluviera u l-malvizz. Fi stqarrija tas-Segretarjat Parlamentari għall-Biedja, Sajd u Drittijiet tal-Annimali ntqal li wara li evalwa r-rakkomandazzjonijiet tal-kumitat Ornis, l-istaġun…

Sport

Fit-tielet logħba tagħhom fil-Kampjonat tal-Amateurs, it-tim ta’ Syria Gżira FC kiseb l-ewwel rebħa bl-iskor ta’ 3-1 kontra Fleur De Lys FC. Il-player Lucky Chizobor skurja żewġ gowls filwaqt li Julius…

Saħħa

Ilbieraħ filgħaxija għadd ta’ nies nġabru quddiem iċ-Ċentru Esplora fil-Kalkara għal mixja simbolika bħala parti mix-xahar iddedikat għall-għarfien dwar il-kanċer tas-sider, magħruf bħala Pink October. Din is-sena n-nisa u l-irġiel…

Lokali

L-invażjoni Torka fit-Tramuntana tas-Sirja ġiet ikkundannata mill-komunità Kurda f’Malta li bl-appoġġ tal-Moviment Graffitti organizzaw manifestazzjoni paċifika quddiem l-Ambaxxata Torka fil-Floriana. Huma kkundannaw dak li sejħu bħala assalt brutali u mingħajr…

Aktar