Barranin
ARA: Wieħed jaljenaha u l-ieħor jisirqilha l-basket

Żewġ aħwa fl-Italja li kienu qed jisirqu l-basktijiet tan-nisa mill-parkeġġi tas-supermarkets f’Borgaro ġew arrestati wara l-aħħar serqa li għamlu, hekk kif inqabdu fuq filmat minn kamera tas-sigurtà.

Fil-filmat Rachi u Hamih Mahzoul ta’ 46 u 51 sena, li huma ta’ oriġini Marokkina, jidhru jaħdmu flimkien biex iwettqu s-serqa fuq mara ta’ 61 sena, fejn wieħed jaljenaha billi jitlob id-direzzjonijiet taparsi ntilef, waqt li l-ieħor jeħdilha l-basket mill-karozza u jillarga bih.

Meta nqabdu mill-pulizija, iż-żewġt irġiel kien għad għandhom fuqhom il-basket ta’ Prada u l-€40 li serqu mingħand l-aħħar vittma tagħhom.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Ta’ kull filgħodu Vinod Kapri, Indjan li jaħdem fix-xena tal-films minn New Delhi jiċċekkja Twitter. Biss ftit kien jaf li dik it-tfittxija fuq Twitter mhix tas-soltu u se tibdillu ħajtu….

Barranin

F’Toronto l-Kanada, erba’ persuni indarbu fi sparar li seħħ waqt ċelebrazzjoni għar-rebħa tat-tim tal-Basketball Toronto Raptors. L-attakk seħħ matul il-jum, waqt li eluf ta’ nies entużjasti għal dan it-tim tal-basketball…

Barranin

L-ex president Eġizzjan Mohammed Morsi miet fil-Qorti waqt li kienet qed tinstema x-xhieda kontrih. Morsi ħassu ħażin u miet fl-awla. Morsi, li kellu 67 sena, kien qed jattendi smigħ tas-seduta…

Barranin

Dokument ippubblikat illum mill-Vatikan ħabbar l-intenzjoni li s-sinodu jiddiskuti l-possibiltà li rġiel miżżewġa f’partijiet mill-Amerka Latina jitħallew jidħlu għas-saċerdozju. Il-materja se tittella’ quddiem is-sinodu, li se jitlaqqa’ f’Ottubru li ġej,…

Aktar