Lokali
Ara: Wieħed mill-kontestanti ta’ ‘X Factor Malta’ jinqala’ mit-tieni Live Show wara deadlock

L-ispettaklu tat-tieni Live Show ta’ ‘X Factor Malta’ għadu kemm ġie fi tmiemu. Is-serata bdiet b’għaxar parteċipanti, u ntemmet bi tmien kontestanti li rnexxielhom jgħaddu mill-għarbiel tat-televoting għat-tielet Live Show ta’ bħal-lum ġimgħa.

It-televoting ingħalaq għall-ħabta tal-11.00pm.

L-inqas li kisbet voti mill-pubbliku kienet Jasmine. B’hekk, l-avventura tagħha f”X Factor Malta’ spiċċat hawn.

Min-naħa l-oħra, id-duo Yazmin & James u Dav. Jr kienu ż-żewġ kontestanti li kisbu l-anqas ammont ta’ voti eżatt wara Jasmine.

Yazmin & James u Dav Jr. kantaw kontra xulxin. U, f’dan l-istadju, ġie eliminat Dav. Jr, wara li nħolqot deadlock. Fi ftit kliem, iż-żewġ kontestanti kisbu l-istess ammont ta’ voti mill-erba’ judges. B’hekk, min kellu l-aktar voti mill-pubbliku, f’dan il-każ Yazmin & James, seta’ jkompli l-vjaġġ tiegħu f”X Factor Malta’.

Segwi l-Live Show li jmiss, nhar il-Ħadd li ġej, b’xandira oħra diretta fuq Television Malta eżatt wara l-bulettin tal-aħbarijiet tat-8.00pm.

It-tema għall-ġimgħa d-dieħla hija movie spectacular.

Aħbarijiet Oħra
Lokali

Il-Kunsill Malti għall-Arti ħabbar ir-rebbieħa għat-tielet edizzjoni tal-Premju għall-Arti, il-premju nazzjonali li jiċċelebra l-kisbiet tas-setturi kulturali u kreattivi. F’dawn iż-żminijiet straordinarji li qed ngħixu fihom minħaba l-imxija tal-COVID-19, iċ-ċerimonja tal-għotja…

Qorti

Natalie Bonello ta’ 45 sena wieġbet mhux ħatja li serqet anzjana iżda baqgħet taħt arrest minħabba biża’ ta’ intraċċ tal-provi. Il-Prosekuzzjoni, immexxija mill-Ispettur Jonathan Ransley, qalet li hemm persuna oħra…

COVID-19

Is-Supretendent tas-Saħħa Pubblika, il-Professur Charmaine Gauci se tkun qed tindirizza konferenza tal-aħbarijiet fin-12.30pm. Hi mistennija tagħti l-aħħar aġġornamenti tal-COVID-19 f’pajjiżna. Il-konferenza se tixxandar live fuq TVM, tvm.com.mt u fuq Facebook.

Aktar