Reliġjon
ARA: Wirja ta’ kurċifissi antiki fil-Katidral tal-Imdina

Il-Mużew tal-Katidral tal-Imdina qed jiċċelebra il-ħamsin sena mindu infetaħ b’wirja ta’ kurċifissi minn epoki ta’ arti differenti. 30 kurċifiss magħmula minn materjali differenti u li inħadmu f’medda ta’ madwar 700 sena, juru x-xbieha ta’ Kristu msallab li tul is-seklu bħala s-simbolu tal-Kristjaniżmu.

Ix-xbieha ta’ Kristu msallab u l-mument sinifikanti li minn uman sar divin, tiddomina wirja fil-mużew tal-katidral fl-Imdina. Il-kuratur tal-wirja Maria Cassar qalet li fil-wirja hemm 30 kurċifiss ta’ għamliet differenti. Fost dawn hemm ix-xogħol ta’ artisti Maltin minn perjodu differenti.

“Kien importanti li ninkludu repertorju żgħir ta’ artsti Maltin tal-20 seklu u dawk kontemporanji. Tal-20 seklu importanti għax kienu huma li inkludew l-arti moderna Malta.”

L-eqdem kurċifiss esebit imur lura għas-seklu ħmisax li aktarx inġieb mill-Kavaillieri minn Rodi. Dan il-kurċifiss hu meqjus bħala wieħed mill-aktar oġġetti sagri u prezzjużi fil-kollezzjoni tal-fidda tal-katidral.

Is-sinjura Cassar qalet li l-kurcifissi fl-esebizzjoni inħadmu b’diversi materjali fosthom l-avorju, l-injam, id-deheb, il-fidda, il-bronz u anke mix-xemgħa. Qalet li ma dawn hemm ukoll produzzjoni awdjo viżiva.

“Din jisimha deposition u wieħed irid josserva u janalizza biex jifimha. Il-video maħdum fil-kamra mortwarja fejn hemm l-ilma nieżel. L-ilma huwa jippurifika. Ġesù meta niżel minn fuq is-salib ħelisna mid-dnub u l-ilma hu is-simbolu ta’ purifikazzjoni.”

Il-kuratur tal-wirja qalet li ħafna mill-kurċifissi antiki fihom relikwa u m’għandhomx firma, l-aktar minħabba li l-kurċifiss kien jitqies bħala xi ħaġa sagra u mhux bħala oġġetti ta’ arti. Qalet li uħud minhom intgħażlu għas-salib u l-bażi li huma mwaħħlin magħhom.

“Mhux il-korp biss hu interessanti imma anke is-salib u l-bażi. Biċċiet minnhom huma tal-abonu, inlaid wood, u anke bl-avorju, in laid stringing u anke fihom relikwa.”

Il-Kurċifissi ġew mislufa għal din il-wirja minn kollezzjonijiet privati, postijiet pubblici bħall-mużew tal-arti l-MUŻA, knejjes u kunventi. Din il-wirja tibqa’ miftuħa sal-aħħar ta’ Novembru.

Aħbarijiet Oħra
Ġurnali

Din hi ħarsa lejn l-istejjer ewlenin fil-ġurnal tal-lum, il-Ħadd 9 ta’ Awwissu 2020. Times of Malta Storja fl-ewwel paġna tal-ġurnal The Times of Malta tgħid li aġent tax-shipping Malti huwa…

COVID-19

Il-mediċina u l-ikel huma fost l-aktar prodotti essenzjali li mingħajrhom Malta ma tgħaddix fi żmien ta’ pandemija. Tliet xufiera Maltin li jaħdmu ma’ kumpanija lokali tal-loġistika rifsu Malta għall-ewwel darba…

Lokali

Fil-fehma tad-Dekan tal-Fakultà għat-Tisħiħ tas-Soċjetà, il-Professur Andrew Azzopardi, il-ġlieda kontra d-droga u l-kultura tal-flus huma kruċjali biex iż-żgħażagħ ma jaqbdux it-triq tal-kriminalità li studju juru li jekk jidħlu fiha minn…

Kronaka

Il-pulizija qed tfittex raġel li wara nofsinhar daħal jisraq minn dar ta’ anzjana f’San Ġiljan. Il-pulizija qalet li ġiet informata bis-serqa minn residenza fi Triq Ċensu Tabone li tinsab fiż-żona…

Aktar