Kultura
ARA: Wirja ta’ ritratti fil-Belt tal-iżjed xeni spettakolari

Festa għall-għajnejn fil-mużew tal-arkeoloġija fil-Belt, b’wirja ta’ ritratti ta’ wħud mill-iżjed xenarji spettakolari fil-gżejjer Maltin min ghajnejn fotografi li jfittxu d-dettal. Ir-ritratti tressqu għall-kompetizzjoni internazzjoni, Wiki loves Monuments, li hija organizzata f’ħamsin pajjiż u f’Malta issir mill-Wikimedia Community b’kollaborazzjoni ma’ Spazju Kreattiv u Heritage Malta.

Għaxar ritratti li jiċċelebraw is-sbuħija u l-wirt kulturali tanġibbli u intanġibbli tal-Maltin.

Mijiet ta’ fotografi ħadu sehem fl-akbar kompetizzjoni fotografika fid-dinja, il-Wiki Loves Monuments, b’ritratti li juru wħud mill-isbaħ xenarji fil-pajsaġġ u fil-ħajja kulturali Maltija.

Kienet il-panorama tal-Belt mil-lenti tal-fotografa Ukrena, Olga Prystai, li ntgħażlet bħala r-rebbieħa tal-kompetizzjoni f’Malta.

Fost ir-ritratti li kklassifikaw fl-ewwel għaxar postijiet, angolaturi tar-Rotunda tal-Mosta, il-knisja ta’ Santa Katerina tal-Italja fil-Belt, u l-kuritur ewlieni fil-Palazz tal-Granmastru fil-Belt.

Neville Borg mill-kumitat organizzativ qal li r-ritratti rebbieħa ingħażlu minn ġurija esperta.

”L-għan tal-proġett hu li niddokumentaw l-istorja permezz tal-pjattaforma tal-Wikipedia, il-Wikipedia hija l-ikbar sors ta għarfien fid-dinja fil-verita’ fid-dinja online speċjalment, u permezz ta’ dawn ir-ritratti issa nistgħu niddokumentaw aħjar il-wirt storiku ta’ Malta.”

Russell Muscat, uffiċjal ta’ Heritage Malta, qal li r-ritratti għandhom valur storiku u antropologiku għax jirrakkontaw ukoll l-istorja kollettiva u soċjali tal-poplu Malti.

”Huma disponibbli għal kulħadd biex jintużaw skont ir-regoli tal-Wikipedia u hekk huwa sors ġdid kif qed inqarrbu iżjed viċin lin-nies lejn il-wirt kulturali ta’ pajjiżna.”

Il-President tal-Kumitat tal-Wikimedia, Tony Micallef qal li mill-2010, iżjed minn żewġ miljun ritratt minn madwar id-dinja kienu parti mill-kompetizzjoni Wiki Loves Monuments li turi r-ritratti fuq waħda mill-iżjed web portals popolari fid-dinja.

Ir-ritratti rebbieħa u dawk li tressqu għall-kompetizzjoni f’Malta jinsabu esebiti fil-Mużew Nazzjonali tal- Arkeoloġija fil-Belt sal-ħmistax ta’ Diċembru.

Aħbarijiet Oħra
Kultura

L-Orkestra Filarmonika ta’ Malta se terġa’ tikkollabora ma’ DJ Tenishia għal kunċert bla ħlas, is-Sibt 25 ta’ Lulju, fi Pjazza San Ġorġ il-Belt. Il-kunċert TEMPO se jġedded il-memorja ta’ ħafna…

Infrastruttura

Malta miżgħuda mini li tul is-snin tħaffru għal skopijiet differenti, fosthom għall-produzzjoni tal-ilma tal-pjan. L-aktar popolari x’aktarx huma dawk f’Ta’ Kandja, iżda inqas magħrufa u x’aktarx isbaħ minħabba l-istat naturali…

Sport

Il-Covid-19 ħarbtet il-programm ta’ għadd ta’ attivitajiet sportivi, mhux l-anqas tad-dilettanti tal-karozzi. Is-Sibt li għadda, taħt dawl artifiċjali u b’żiffa ħelwa sajfija, mijiet inġabru fit-trakka tal-Assoċjazzjoni Sport Muturi Karozzi biex…

Politika

Id-deputati li stqarrew li m’għandhomx fiduċja f’Adrian Delia qalu li se jibqgħu determinati li jġibu l-bidla meħtieġa fil-Partit Nazzjonalista u fil-pajjiż. Qalu li għat-tieni darba f’ġimgħa ġie kkonfermat li Dr…

Aktar