Lokali
Ara: Xempju ta’ eleganza – Sy and Izaya b’kompliċità fuq il-palk liema bħalha

Minkejja li għadhom ħalib ommhom fi snienhom, Sy and Izaya għadhom kif żifnu żifna spettakolari ġewwa l-MFCC b’kompliċità liema bħalha. Iż-żewġ protagonisti ġibdu ħabel wieħed bla xkiel. L-ewwel, fuq in-noti ta’ waħda mill-kanzunetti tas-serje ta’ 007. Imbagħad, issoktaw għad-daqq ta’ kanzunetta aktar pop u mexxejja fejn il-palk dlonk ingħata l-ħajja b’xita ta’ kuluri.

Bla dubju, fiż-żewġ żeffiena spikkat l-eleganza u l-klassi li biha esegwew is-siltiet li akkumpanjawhom. Ta’ min isemmi wkoll it-tbissima fuq fommhom li kkaratterizzat il-prestazzjoni tagħhom mill-bidu sal-aħħar.

Tista’ tivvota għal Sy and Izaya fuq 50614404.