
Barranin
ARA: Xena rari fid-deżert tas-Sahara
Id-deżert tas-Sahara nkesa bis-silġ wara li t-temperatura niżlet għal -3C mal-lejl.
Din ix-xena rarissima seħħet f’Ain Sefra fl-Alġerija, bis-silġ joħloq bħal disinn elaborat fuq ir-ramel.
Id-deżert Sahara li jinsab fil-biċċa l-kbira tal-Afrika ta’ Fuq, ilu jesperjenza bdil fit-temperaturi għal dawn l-aħħar mijiet ta’ snin iżda li jfeġġ is-silġ jew il-borra f’dawn l-inħawi jibqa’ avveniment rarissimu.