Barranin
ARA: Xeni tal-waħx fl-isptarijiet tal-Italja, it-tobba mhux isibu tarf

Deskritti minn bosta bħala xeni tal-waħx. Bosta sptarijiet fl-Italja mimlija daqs bajda, speċjalment iż-żoni l-iktar milquta mill-Covid-19.

Filmati mxandra minn Sky News juru pazjenti f’qagħda kritika, ħafna minnhom x’aktarx li mhux se jirkupraw. Tobba ma jistgħux isibu tarf, bl-ammonti ta’ pazjenti li dejjem jiżdiedu u ma baqax post għalihom.

Persuni żgħar fl-età morda li wkoll għandhom bżonn kura fl-isptar qed jitħallew f’darhom għax l-isptarijiet huma mimlija.

Tobba Taljani li qed iħabbtu wiċċhom ma’ din is-sitwazzjoni kuljum qed iwissu pajjiżi oħra biex jieħdu azzjoni ħalli ma jsibux ruħhom hekk.

ATTENZJONI: IL-FILMATI JISTGĦU JDEJQU LIL XI WĦUD

Aħbarijiet Oħra
COVID-19

Ħames persuni nqabdu jiksru l-kwaraninta obbligatorja u ġew immultati tliet elef ewro kull wieħed. B’kollox saru 421 spezzjoni fl-aħħar 24 siegħa. Minn mindu bdew l-ispezzjonijiet, 40 persuna nqabdu jiksru l-kwarantina…

COVID-19

Intervistat fuq l-aħbarijiet ta’ Television Malta l-Kap tal-Oppożizzjoni, Adrian Delia, qal li l-Prim Ministru Robert Abela għal xi raġuni qiegħed jgħid li dan mhuwiex lockdown, meta fi kliemu, id-Deputat Prim…

COVID-19

Fi żmien ta’ ansjetà residenti ta’ triq fil-Fgura ħarġu bl-idea li jorganizzaw ċelebrazzjoni mużikali mill-gallariji biex iferrħu lil xulxin. U waqt li l-festi din is-sena mhux ser isiru, il-bandisti ta’…

COVID-19

Analiżi xjentifika mill-istatistiku Dr Vincent Marmara tal-każi tal-coronavirus fil-kuntest tal-miżuri meħuda mill-awtoriajiet tas-saħħa Maltin, tagħti stampa inkoraġġanti għax ir-rata ta’ infezzjonijiet minn persuna għall-oħra tbaxxiet. Iżda, Dr Marmara wissa’ li…

Aktar