Barranin
Ara x’għamel dan iċ-Ċiniż biex weħħel ajruplan u ġie mmultat €15,000

Ċiniż li kien qed itir għall-ewwel darba, ġie mmultat wara li waddab muniti fil-magna tal-ajruplan, bil-għan li dan l-att iġiblu x-xorti u jkollu titjira sigura.

Ir-raġel, li għandu 28 sena, ġie ordnat iħallas ftit aktar minn €15,000 f’kumpens lil-linja tal-ajru, bl-isem ta’ Lucky Air.

Ir-raġel, Lu Chao, ammetta li tefa’ muniti fil-magna tal-ajruplan hu u tiela għal titjira interna fiċ-Ċina, fi Frar tas-sena li għaddiet. Dan wassal biex l-ajruplan jibqa’ l-art għal numru ta’ siegħat. It-titjira kellha titħassar wara li l-istaff tal-ajruport innutaw xi muniti qrib il-magna.

Dan wassal biex saru għadd ta’ provi ta’ sigurtà fuq il-magna, kif ukoll kelhom jiġu bbukkjati titjiriet oħra għall-passiġġieri abbord.

Wara l-inċident, ir-raġel inżamm mill-Pulizija għal għaxart ijiem. Hu tressaq il-qorti wkoll f’każ ċivili li fetħet kontrih il-linja tal-ajru. Fil-Qorti hu argumenta li l-linja tal-ajru messha twissi lill-passiġġieri minn qabel biex ma jitfgħux muniti fil-magna.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

L-artista Delphine Boël irnexxielha tikseb il-provi li r-Re Albert II tal-Belġju huwa missierha. Delphine Boël, ta’ 51 sena, għaddiet minn battalja legali twila, wara li r-Re Albert II, li għandu…

Artiġjanat

Kull pajjiż madwar id-dinja miżgħud bis-snajja’ u t-tradizzjonijiet partikolari u distinti li wiret mingħand missirijietu. U, il-gżejjer Maltin, xejn anqas. Fost l-oġġetti ta’ preġju u li huma parti integrali mill-identità…

Barranin

Qalb id-Duomo ta’ Milan, l-isfilati tal-moda, u l-wirt kulturali ta’ preġju li jikkaratterizzaw lill-kapitali tar-reġjun tal-Lombardija, l-Italja, f’dawn l-aħħar jiem, l-artist pop Taljan AleXsandro Palombo nieda għadd ta’ posters li ddiżinja hu…

Barranin

Ajruplan b’numru ta’ passiġġieri li għadhom ma ġewx identifikati ġġarraf fl-Afghanistan. L-inċident seħħ f’Deh Yak distrtt f’Ghazni. Skont kelliem tal-gvern, l-ajruplan iġġarraf u belgħu n-nar minħabba ħsarat tekniċi. Aktar dettalji…

Aktar