Barranin
Ara x’għamel dan it-tifel waqt xandira diretta tal-BBC

Xandira diretta tar-tbassir tat-temp tal-BBC kienet iktar umoristika minn kemm il-produttur kien qed jimmira għaliha.

Tifel ta’ madwar 10 snin intefa’ fl-isfond waqt li x-xandara Jen Bartram kienet qed tagħmel il-kollegament dirett minn fuq bajja f’South Shields, fir-Renju Unit.

It-tifel beda jgħolli l-flokk u jagħmel diversi mossi tul ix-xandira. Kienet Bartram stess li ppubblikat il-filmat fuq il-midja soċjali, akkumpanjat mill-kliem “Tagħtux kasi: l-istilla proprja tat-tbassir tat-temp huwa t-tifel jiżfen!”

Aħbarijiet Oħra
COVID-19

L-Organizzazzjoni Dinjija għas-Saħħa (WHO) mhux qed tirrakkomanda li l-pajjiżi jerġgħu jmorru lura għal-lockdowns nazzjonali, iżda minflok għandhom jimplimentaw miżuri lokalizzati kontra l-imxija tal-Covid-19. Dan intqal minn Dr Maria Van Kerkhove…

Agrikultura

Fis-suq sar hawn għażla liema bħalha. Spiss, tista’ saħansitra tinqeda mill-kumdità ta’ darek u tiffranka lira. Anki jekk, ħafna drabi ta’ li tħallas tieħu. Liema prinċipju jgħodd ukoll għall-agrikoltura. Settur,…

Barranin

Il-President Amerikan Donald Trump qal li l-Gvern irid jingħata sehem mit-taqsima tal-Istati Uniti ta’ Tik Tok, jekk din tinxtara minn kumpanija Amerikana. Trump qal li kien għamel din it-talba lill-kap…

Kurżitajiet

Spiss, dak li jkun ikollu ruxmata ħsibijiet fuq moħħu. Il-ħajja donnha saret mgħaġġla wisq. Kultant, taljena rasek daqs tazz’ilma. Fost l-oħrajn, mhux l-ewwel darba li dak li jkun ikollu seba’…

Aktar