Lokali
ARA: X’għamlet Meghan Markle meta ġiet Malta? X’għoġobha l-iktar?

Kien f’Marzu tal-2015, meta kienet magħrufa bħala attriċi u mhux bħala l-għarusa tal-Prinċep Harry, li Meghan Markle żaret Malta. Iż-żjara kienet organizzata minn ElleUK – rivista tal-moda. U jidher li Malta ħalliet impressjoni tajba fuqha.

Meghan Markle qagħdet f’Casa Ellul, u l-propjetarji jirrakkuntaw li hija kellha kurżità kbira li ssir taf aktar dwar l-antenati tagħha li għexu għal xi żmien f’Malta.

Wieħed mill-propjetarji ta’ Casa Ellul, Andrew Ellul, qal li “Meta kienet qed toqgħod magħna u bdejna nitkellmu magħha kienet semmietli li għandha tmur tiċċekja eżatt tagħmel xi riċerki biex hi . . . she really wanted to know exactly her roots – her Maltese roots.”

Irriżulta fil-fatt li l-buż bużnanna ta’ Meghan Markle twieldet f’ Malta fit-3 ta’ Mejju tal-1862. Kien jisimha Mary Bird. Missierha Thomas kien stazzjonat Malta mas-Servizzi Ingliżi. Eventwalment, ta’ 19-il sena, Mary Bird emigrat lejn l-Istati Uniti fejn iżżewġet lil George Merrill u minnhom ħarġet il-familja Markle. Minn riċerka li għamilna ħadd mill-familja ma baqa’ Malta.

Iżda l-konnessjoni baqgħet. Wara ż-żjara tagħha, fuq il-blog tagħha Meghan Markle ddeskriviet lil Malta bħala wieħed mill-aqwa postijiet għall-kultura u l-istorja, iżda l-aktar għall-ikel u l-inbid.

L-ikel u l-inbid Malti li għoġob lil Markle

Matthew Ellul qal, “Darba minnhom perżempju ma kellhiex aptit toħroġ filgħaxija u qaltli nistgħu nagħmlu wine tasting u għamilnielha wine tasting fir-restaurant tagħna.  Ġibna xi nbejjed antiki mill-kantina tiegħi u ta’ Andrew u għamilna lejl induqu l-inbid magħha u vera ħadet pjaċir għax hi għandha passjoni kbira fuq l-inbid.”

Produttur lokali tal-inbid jgħid li lil Meghan Markle laqtuha l-aktar ir-Rosé u l-Merlot.  Karl Chetcuti minn Meridiana Wine Estate Limited qal, “Normalment meta tkun tħobb l-inbid ma tkunx tħobb abjad biss jew aħmar biss ikollok preferenza. Apparentament il-preferenza li għandha hi għall-inbejjed ħomor.  Però hawnhekk aħna doqna inbejjed varji – doqna xi ħames inbejjed dakinhar għax ovvjament meta qaluli li hija tħobb ħafna l-inbid u sirt naf b’dan il-blog li jien ma kontx bih, jien kont iktar nafha minħabba l-programm Suits li ovvjament konna nsegwu every week.”

Karl Chetcuti jgħid li lil Meghan Markle għoġobha wkoll l-istil ta’ ħajja tal-Maltin.  “Qalet li she like the laid back atmosphere li kulħadd huwa very friendly difatti marret għal xi cooking classes ukoll il-hotel laqgħuha tajjeb u m’hemmx dak il-ġenn u bżonn ta’ security żejda u dawn l-affarijiet,” kompla jirrakkonta Karl Chetcuti.

U r-riklam tajjeb lil Malta Meghan Markle għamlitu mhux biss fuq il-blog tagħha, iżda wkoll billi ssuġġeriet il-postijiet li żaret lil sħabha tal-qalb.  Darren Mifsud minn Diar il-Bniet qal, “X’ħin mort biex noħdilha l-order qaltli taf min irrakkomandani hawnhekk biex niġi? U jiena saqsejtha min kienet u qaltli li kienet Meghan Markle. Jien dak il-ħin bqajt sorpriż b’dak li qaltli għax għedt tipo Meghan Markle ilha li ġiet tliet snin iżżur ir-restaurant tagħna u għedt tipo baqgħet tiftakar dik il-ġurnata żżurna hawnhekk.”

Fir-ristorant, Meghan Markle apprezzat id-dekor tar-ristorant, partikolarment il-madum tipiku Malti. Ovvjament għogobha wkoll l-ikel.  Dorianne Kurtcu Mifsud minn Diar il-Bniet qalet, “Għoġbuha ħafna l-ġbejniet friski tan-nagħaġ. Meta offrejnielha l-Maltese platter tagħna għoġbuha ħafna u qaltilna biex nerġgħu ntuha ftit ġbejniet oħra. Ikkummentat ukoll fuq il-fenek, fuq l-ispaghetti tal-fenek il-mod kif għamilna z-zalza b’ħafna tewm frisk u biċċiet kbar tal-fenek għoġbuha mmens.”

X’impressjoni ħalliet fuq il-Maltin Meghan Markle?

Malta laqtet lil Meghan Markle. U daqstant ieħor jidher li hi ħalliet impressjoni tajba ma’ kull min iltaqgħet.

Karl Chetcuti qal, “Very sweet, very humble very down to earth dehret.”

Dorianne Kurctcu Mifsud qalet, “Bniedma umli, down to earth, għoġbitha ħafna Malta.”

Andrew Ellul qal, “She was amazed with all the culture we have and she said she was looking forward to coming again.”

Lill-aħwa Ellul bagħtet tirringrazzjahom personalment.  Andrew Ellul qal, “”Jekk tara l-handwriting tagħha hi ittra vera partikolari li kitbitha minn qalbha, li turi kemm hi vera umli l-persuna.”  Matthew Ellul qal, “Kienet qaltilna wkoll li ħa terġa’ tiġi lura Malta jiġifieri nistennewha li nerġgħu narawha fil-gżira tagħna hux.”

Min jaf jekk Meghan Markle u l-Prinċep Harry jinkludux lil Malta fid-destinazzjoni tagħom għall-qamar il-għasel?

Aħbarijiet Oħra
Kultura

Il-Maltapost u s-Soċjetà Maltija tal-Filatelija qed itellgħu l-fiera tal-kollezzjonisti tal-bolol magħrufa bħala Maltex. Il-fiera tat ukoll spazju lil kollezzjoni oħra biex juru d-damma ta’ oġġetti li qajla jiġu f’moħħok li…

Saħħa

Fil-gżejjer Maltin hawn mal-35,000 persuna li jingħataw kura minħabba problemi fit-taħdit fosthom 600 tifel u tifla. Dr Rita Micallef li tmexxi s-servizzi terapewtiċi fid-Dipartiment tas-Saħħa qalet lil TVM li fl-aħħar…

Kronaka

Raġel ta’ 49 sena mill-Mosta ttella’ mill-baħar mill-Forzi Armati wara li waqa’ għoli ta’ diversi metri minn fuq l-irdumijiet ta’ Ras id-Dawwara fl-akwati ta’ Għar id-Dwieb fl-Imtaħleb. TVM huwa infurmat…

Budget

Id-Deputat Prim Ministru u Ministru tas-Saħħa Chris Fearne qal li l-Budget għas-sena d-dieħla huwa mibni fuq tliet pilastri: il-ħolqien tal-ġid, inċentivi għal min jeħtieġ l-għajnuna biex jimxi ‘l quddiem u…

Aktar