COVID-19
Ara x’għamlu dawn iż-żewġ aħwa biex jawguraw lil ommhom f’għeluq sninha

Żewġ aħwa kienu ppjanaw li joħorġu lil ommhom għal għeluq sninha, iżda s-sitwazzjoni tal-Covid-19 ħassritilhom kollox.

Minflok, Daniela u Antonella Mizzi ddeċidew li jagħtu sorpriża mod ieħor lil ommhom Mary, li lbieraħ għalqet 69 sena.

Waqt li waħħlu żewġ strixxuni mal-ħajt faċċata ta’ darha f’Santa Luċija, Daniela u Antonella kantaw l-isbaħ xewqat lil ommhom, li ħarġet ixxejrilhom mill-gallarija.

Daniela qalet li ilhom ġimagħtejn ma jżuru lill-ġenituri tagħhom f’darhom, u appellat biex kulħadd jieħu ħsieb lill-ġenituri anzjani billi għal issa jżomm ’il bogħod minnhom.

Aħbarijiet Oħra
Lokali

Il-Bank of Valletta ħabbar li mit-Tnejn 17 ta’ Awwissu 2020, se jerġa’ jiftaħ erba’ fergħat oħra li jinsabu fil-Fgura, Fleur de Lys, il-Ħamrun u l-Mellieħa. Fi stqarrija l-bank qal li b’hekk it-total…

Qorti

Il-Ministru għall-Finanzi Edward Scicluna llum mistenni jixhed fl-inkjesta pubblika indipendenti li qed tistħarreġ jekk l-istat setax evita l-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia. L-inkjesta qed tinstema’ mill-Imħallef Emeritu Michael Mallia fi rwol…

Barranin

L-akbar belt f’New Zealand tinsab f’lockdwon wara li ġew reġistrati erba’ każi ġodda ta’ COVID-19 wara aktar minn 100 ġurnata mingħajr l-ebda każ. Il-lockdown ta’ tlett ijiem daħal fis-seħħ f’Auckland…

Lokali

In-nursery tal-futbol ta’ Birkirkara ħabbret il-mewt ta’ wieħed mit-tfal li kien jitħarreġ magħha għal numru ta’ snin u li matul l-aħħar xahar kien qed jiġġieled marda kiefra. Fuq il-paġna fuq…

Aktar