Televiżjoni u Radju
ARA: X’għamlu qabel l-aħħar episodju tal-lejla l-atturi ta’ L-Għarusa?

L-atturi tad-drama tant popolari L-Għarusa ddeċidew li jfakkru l-aħħar episodju tal-lejla billi jmorru flimkien jagħtu d-demm fi G’Mangia f’ġest altruwist fi tmiem l-ewwel staġun ta’ din is-sensiela.

L-inizjattiva ttieħdet minn wieħed mill-atturi Henry Zammit Cordina, li ħa miegħu mhux biss lill-sħabu l-atturi iżda wkoll bosta persuni oħrajn li ħadmu minn wara l-kwinti matul din is-sensiela tant popolari fuq TVM.

L-Għarusa se jixxandar għall-aħħar darba llejla fid-9pm, iżda mistenni jkompli minn Ottubru għat-tieni staġun.

Ara hawnhekk x’għamlu dalgħodu l-atturi fil-Bank tad-Demm fi G’Mangia.

Il-Bank tad-Demm ikun miftuħ kuljum mit-Tnejn sal-Ħadd bejn it-8am u s-6pm.