Storja
Ara: X’għandhom komuni l-Covid-19 u t-Tieni Gwerra Dinjija?

X’għandhom komuni l-Covid-19 u t-Tieni Gwerra Dinjija? Ħafna affarijiet. Dawk involuti fid-dinja tan-negozju u l-ġurnalisti jafu xi ħaġa.

Sa mill-ewwel ġranet tal-gwerra, f’nofs l-1940, il-gazzetti – li kważi kważi kienu l-uniku sors ta’ informazzjoni għall-pubbliku Malti – ħadu daqqa ‘l isfel tant li s-sidien tagħhom u l-ġurnalisti bdew jitolbu l-għajnuna finanzjarja tal-Gvern. Hekk qed jiġri wkoll illum bil-pandemija tal-coronavirus li wasslet biex diversi gazzetti u media houses iduru fuq l-awtoritajiet u jitolbuhom l-għajnuna.

Fit-tieni episodju tad-dokumentarju ‘Malta fil-Gwerra’, il-ġurnalist ta’ TVM Mario Xuereb u r-riċerkatur Martin Debattista juru kif lil hinn miċ-ċensura li lill-ġurnalisti dak iż-żmien għamlitilhom ħajjithom infern, fil-gżejjer Maltin il-ħażna ta’ karti u linka kienet fjakka.

Id-dokumentarju juri kif meta faqqgħet il-gwerra għadd ta’ gazzetti waqfu jiġu ppubblikati. U meta għalqet il-‘Chronicle’ fl-1940, Mabel Strickland sabet ix-xoqqa f’moxtha biex taħtaf is-suq tal-gazzetti bl-Ingliż. Hija insistiet mal-gvernatur biex ma joħroġx aktar liċenzji, u l-bejgħ tat-‘Times’ sploda.

Id-dokumentarju jenfasizza l-importanza tal-gazzetta ‘il-Berqa’ kif ukoll juri kif Strickland kienet taħsiblu bil-quddiem tant li ħaffret xelter taħt l-istamperija fil-Belt Valletta u anki ħejjiet ruħha tajjeb f’każ li l-istamperija kien ikollha tiċċaqlaq lejn Villa Bologna.

Fid-dokumentarju qed jintwerew għall-ewwel darba filmati esklussivi ta’ Malta fil-gwerra miġbuda minn Stan Fraser, gunner Ingliż stazzjonat f’Malta bejn l-1941 u l-1943.

Aħbarijiet Oħra
Storja

Kulħadd f’żaqqu l-ewwel ma jaħseb. Fit-Tieni Gwerra, xejn anqas. Fl-1939, il-gazzetti u l-Gvern Kolonjali taw l-impressjoni li kien hemm biżżejjed ikel maħżun għal bosta xhur f’każ ta’ gwerra. Ir-realtà, iżda,…

Trasport

Ħafifa, twasslek f’radda ta’ salib u ma tniġġisx. Xi trid aktar? Illum il-Jum Dinji tar-Roti. Liema mezz tat-trasport jaqdik f’kemm ili ngħidlek, għalkemm dak li jkun xorta waħda jrid joqgħod…

Saħħa

L-Awtorità għall-Kompetizzjoni u l-Affarijiet tal-Konsumatur, l-MCCAA, approvat 20 magna tan-nifs li ġabet b’xejn miċ-Ċina, l-Għaqda ta’ Ħbiberija bejn Malta u ċ-Ċina. Fi stqarrija, il-President ta’ din l-għaqda, l-eks Ministru Reno…

COVID-19

Għalkemm mhumiex permessi attivitajiet tal-massa, jista’ jkun hemm sa massimu ta’ 75 persuna f’post wieħed sakemm hemm spazju għal persuna waħda għal kull erba’ metri kwadri f’uffiċini, teatri u mużewijiet. Waqt…

Aktar