Safar
ARA: X’hemm x’tara fil-Polonja?

Waħda mid-destinazzjonijiet li fil-preżent hija ferm popolari magħna l-Maltin, hija l-Polonja.

Waqt il-programm Buckle Up, it-tim tal-produzzjoni jagħti aktar tagħrif dwar attrazzjonijiet ewlenija li nsibu f’ dan il-pajjiż, prinċipalment il-belt ta’ Krakovja u r-reġjun tal-madwar.

Din il-belt, hija waħda mill-ikbar bliet fil-Polonja u belt mill-aktar popolari mat-turisti. Il-belt ta’ Krakovja hija famuża ħafna għall-istorja rikka u għall-aspett kulturali.

Fil-programmi preċedenti, skoprejna aktar dwar Rynek Glowny, il-pjazza prinċipali li nsibu fil-qalba ta’ Krakovja, li hija meqjusa bħala waħda mill-akbar pjazzez Medjevali li nsibu fl-Ewropa.

Kien jixraq li fil-Polonja nżuru wkoll Wadowice, il-post fejn twieled u għex :tfulitu Karol Woytila, il-maħbub mibki Kap tal-Knisja Kattolika, Papa Gwanni Pawlu II.

Attrazzjoni popolari li ssib f’ dan ir-reġjun huwa l-kamp ta’ konċentrament tal-Ġermaniżi fil-Polonja – il-kamp ta’ Auschwitz, li huwa wkoll sit ta’ wirt dinji protett mill-UNESCO.

Fil-programm Buckle Up, żorna wkoll dik li hija magħrufa bhala l-‘Ghetto Heroes Square’. Imferrxin madwar din il-pjazza tal-eroj, insibu 33 siġġu. Dan il-mafkar jissimbolizza t-traġedja tal-Lhud Pollakki ta’ Krakovja.

Fil-programm skoprejna aktar dwar il-minjiera tal-melħ ‘Wieliczka’, li hija waħda mill-attrazzjonijiet ewlenija fir-reġjun. Din il-minjiera hija meqjusa bħala waħda mill-eqdem minjieri fid-dinja. Aktar minn miljun ruħ iżuru din il-minjiera kull sena.

Mill-minjiera ta’ Wieliczka, il-vjaġġ kompla fil-mużew tal-avjazzjoni Pollakk. Dan huwa mużew kbir tal-ajruplani u magni tal-ingenji tal-ajru antiki. Din l-attrazzjoni interessanti għad-dilettanti tal-ajruplani, tinsab fl-akwata ta’ Krakovja, eżattament fis-sit tal-ajruport Rakowice-Czyzyny, li huwa wieħed mill-ajruporti militari antiki li nsibu fl-Ewropa.

Jekk trid tiskopri aktar dwar diversi destinazzjonijiet interessanti u popolari, tista’ terġa’ tara l-programm Buckle Up fuq TVMi. Buckle Up jixxandar kull nhar ta’ Ħamis fl-4:15pm.

 

Aħbarijiet Oħra
Air Malta

Il-Ministru għat-Turiżmu, Konrad Mizzi qal li fil-jiem li ġejjin se jitħabbru riżultati finanzjarji pożittivi għal-linja nazzjonali tal-ajru. Fil-ftuħ tal-fiera annwali tal-ivjaġġar, l-AMITEX, il-Ministru qal li l-viżjoni tal-Gvern hi li l-Air…

Politika

Fi Brussell, kien hemm ukoll il-Kap tal-Partit Nazzjonalista, Adrian Delia, li attenda għal-laqgħa tal-kapijiet tal-partiti membri tal-Partit Popolari Ewropew. Stqarrija tal-Partit Nazzjonalista kkowtat lil Dr Delia jgħid li jeħtieġ li…

Politika

Il-Prim Ministru Joseph Muscat qal li r-realtà fid-drama dwar Brexit hi li jiġri x’jiġri, l-UE se tkun qed ittawwal il-ħruġ tar-Renju Unit mill-UE b’ġimgħa biss, għax jekk il-ġimgħa d-dieħla il-Parlament…

Sport

Sens kbir ta’ sodisfazzjon u arja ta’ festa fost il-kontinġent Malti li kkompeta fil-logħob dinji tal-Ispecial Olympics. It-28 atleta b’diżabbiltà intellettwali ġejjin lura Malta b’erbgħin midalja, 12 minnhom tad-deheb. L-atleti…

Aktar