Kurżitajiet
ARA: Xi ġralha Anna Bonanno waqt li darba kienet qed taqra l-Aħbarijiet?

Anna Bonanno hija wiċċ li għal diversi snin kien sinonimu max-xandir nazzjonali.

Fil-programm Insights hija stqarret li l-ewwel xogħol tagħha ma kellux x’jaqsam mal-ġurnaliżmu.  Mela kif spiċċat fil-Kamra tal-Aħbarijiet ta’ Xandir Malta u fost l-oħrajn għamlet kważi 30 sena taqra l-bulettin tat-8pm fuq TVM?

Ara l-intervista li saret minn Glen Falzon lill-ex xandara u ġurnalista Anna Bonanno.

Tista’ tara Insights fuq TVMi. Insights jixxandar il-Ħadd fl-10.35pm fuq TVM.

Aħbarijiet Oħra
Politika

Il-mexxej tal-Partit Demokratiku, Dr. Godfrey Farrugia, iddeċieda li joħroġ għall-elezzjoni tal-Parlament Ewropew. Meta ħabbar it-tliet kandidati tiegħu, il-PD kien indika li dawn in-nomini kienu finali, u li ma kinux se…

Kronaka

Qed issir tfittxija għal Mary Muscat li ġiet irrappurtata nieqsa fit-18 t’April 2019 għall-ħabta tat-15:00. Hija dehret l-aħħar nhar is-17 t’April 2019 għall-ħabta tal-23:35. Mary Muscat tbati bid-Dimenzja. Kull min…

Reliġjon

Tmien adulti minn seba’ pajjiżi differenti se jirċievu s-sagramenti tal-bidu tal-ħajja nisranija mill-Arċisqof, Monsinjur Charles J. Scicluna, illejla, waqt iċ-ċerimonja tal-Vġili tal-Għid fil-Konkatidral ta’ San Ġwann. Iċ-ċelebrazzjoni tal-Vġili tal-Għid se…

Kronaka

Karozza tat-tip Mitsubishi Shogun qalbet mutur tal-pulizija fil-Ħamrun. Il-Pulizija qalet li dan ġara wara li l-pulizija waqqfu ġuvni ta’ 24 sena minn Ħal Tarxien iżda dan ma koperax, irreżista u…

Aktar