Barranin
Ara xi ħsara jista’ jagħmillek xogħol f’uffiċċju

Xogħol f’uffiċċju huwa kkunsidrat minn ħafna li fih ftit li xejn tbatija, u li ma jistrapazzax il-ġisem bħal xogħlijiet oħra manwali. Din iżda mhix ir-realtà li qed jaraw esperti fil-qasam tas-saħħa.

Emma hija pupa li nħolqot fir-Renju Unit biex tqajjem kuxjenza fuq din it-theddida għas-saħħa ta’ dawk kollha li jagħmlu xogħol sedentarju f’ambjent li qed jagħmlilhom il-ħsara.

William Higham, espert fl-imġieba tal-persuni, spjega li Emma għandha problemi serji, fejn spiċċat ħotbija b’mod permanenti. Għajnejha xotti u ħomor minn ħin twil quddiem il-kompjuter, vini varikużi b’nuqqas ta’ ċirkolazzjoni, u ġilda safranija bid-dawl artifiċjali, fost oħrajn.

“Għal Emma tard wisq… imma l-impjegati li qed jaħdmu bħalissa jistgħu jagħmlu ħafna biex itejbu ħajjithom,” qal William Higham lill-midja. Huwa ssuġġerixxa, fost oħrajn, biex l-impjegati jqumu jimxu kull siegħa, u li ċertu laqgħat ma jsirux bilqegħda madwar mejda.

 

 

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Mara li tilfet parti minn sieqha wara li ntlaqtet b’taxi fi New York, għamlet sieq prostetika minn basket ta’ Louis Vuitton. Sian Green-Lord, Brittanika minn Leicester, kienet miexja ma’ ħabibta…

Tradizzjonijiet

Iż-żmien itir u ma jistenna ‘l ħadd. Għal darb’oħra, il-Karnival reġa’ wara l-bieb. Liema jiem, huma kkaratterizzati minn briju, kostumi u karrijiet ta’ kull għamla, xi biċċtejn prinjolata, u lwien…

Barranin

Mument kemmxejn imbarazzanti għall-plejers ta’ Juventus Cristiano Ronaldo u Paulo Dybala, li spiċċaw taw esebizzjoni ta’ mħabba ikbar milli kienu qed jimmiraw għaliha. F’mument ta’ ewforija hekk kif skurjaw gowl…

Barranin

Il-kumpanija tal-iktar xarba popolari fid-dinja, l-Coca-Cola, ikkommettiet ruħha li ma tiqafx tuża l-fliexken tal-plastik, minħabba li fi kliemha, l-konsumaturi jippreferu fliexken tal-plastik. Qalet li dan minħabba li flixkun ikun jista’…

Aktar