Lokali
ARA: Xi jsir mill-plastik li tarmi għar-riċiklaġġ?

Lejliet konferenza f’Malta li għandha tiddiskuti soluzzjonijiet biex jitnaqqas it-tniġġiż marittimu, speċjlament mill-plastik, TVM żar kumpanija Maltija li qed tirriċikla tunnellati tal-plastik biex ma jispiċċawx fil-miżbla jew fil-baħar.

Fl-aħħar snin kibret il-kuxjenza tat-tniġġiż li l-plastik qed jagħmel lill-ambjent. F’konferenza internazzjonali Our Ocean li saret f’Malta f’Ottubru li għadda, il-Prinċep ta’ Wales saħaq dwar l-ammont kbir ta’ frak plastik li qed jispiċċa fil-ħut li nieklu. Ikkwota lix-xjentisti li jemmnu li jekk jibqa’ ma jsir xejn, sal-2050, il-baħar se jkollu aktar plastik milli ħut.

Waqt il-konferenza tal-Commonwealth f’Londra, il-Prim Ministru Ingliża Theresa May ħabbret li r-Renju Unit ser inaqqas l-użu tal-plastik billi diversi prodotti tal-plastik, fosthom l-istraws.

L-Unjoni Ewropea min-naħa tagħha bdiet tindirizza l-problema tal-plastik permezz tal-ekonomija ċirkulari biex l-iskart jiġi seperat biex ikun jista’ jerġa jintuża.

F’Malta fl-aħħar sitt snin inġabru mal-176 tunnellata jew 57 miljun tapp tal-plastik. Dawn spiċċaw għand kumpanija C&V Polymer li tipproċesshom u tesportahom għar-riċiklaġġ. Il-Managing Director tal-kumpanija Charles Brincat spjega li dawn it-tappijiet jintgħażlu qabel jiġu esportati. Dan għaliex anke t-tappijiet huma magħmulin minn tipi ta’ plastik differenti.

Wara li t-tappijiet jgħaddu minn magna li tqattahom f’biċċiet żgħar qabel l-materjal tagħhom jiġi esportat.

“Kull tip ta’ plastik li hawn, jekk jiġi separat, imnaddaf, issortjat u jitqatta’ jerġa jintuża 100 fil-100. Ma jintużaw 100 fil-100 waħdu jitħallat ma’ ftit verġni, imma kollu jintuża,” fisser Brincat.

Il-kumpanija ma tipproċessax biss tappijiet tal-plastik, imma kull tip ta’ plastik, speċjalment dak li tipproduċi l-industrija tal-farmaċewtika u l-kosmetika. F’dawn il-każi, is-separazzjoni tal-plastik issir skont il-kulur.

Aħbarijiet Oħra
Lokali

Hands On, kumpanija Maltija li tispeċjalizza f’teknoloġiji ta’ tracking għall-vetturi, ser titrasforma l-fabbrika tagħha fil-Mosta TechnoPark biex tirriċerka dwar trasport alternattiv, inkluż vetturi li jinstaqu waħidhom. Il-Kap Eżekuttiv ta’ Hands…

Lokali

45 familja li jgħixu fil-housing estates f’Ta’ Pennellu l-Mellieħa se jgawdu minn xogħlijiet ta’ rinovar u ta’ tisbiħ li jammontaw għal €400,000. Waqt konferenza tal-aħbarijiet li fiha żar ix-xogħol li għaddej,…

Partit Nazzjonalista

Il-Partit Nazzjonalista permess tal-kandidati għall-elezzjonijiet Ewropej Franciz Zammit Dimech u Roselyn Borg Knight qalu li l-Partit Nazzjonalista qed iwiegħed investiment fir-riċerka għal mediċini innovattivi li jsaħħu l-ġlieda kontra l-kanċer. Huma…

Qorti

L-Imħallef irtirat, Michael Mallia, li qed jeżamina l-aħħar messaġġi li kienet irċeviet Daphne Caruana Galizia, se jkun jista’ jeżamina wkoll il-laptop ta’ Caruana Galizia għal theddid li setgħet irċeviet. Dan…

Aktar