Saħħa
Ara: Xi kemm jiżen il-moħħ tal-bniedem?

Hawn min jilħaqlu ftit aktar minn ta’ ħaddieħor, oħrajn joqogħdu jistennew il-bajtra taqa’ f’ħalqhom u jaf jissaddilhom jekk ma jħaddmuhx biżżejjed. Moħħ kulħadd, madanakollu, jiżen bejn wieħed u ieħor l-istess, u mqassam f’għadd ta’ biċċiet.

Waqt ‘TVAM’, il-psikjatra Dr Mark Xuereb qal li fuq fuq moħħ l-adulti jiżen madwar 1.3 kg.

Mistoqsi dwar kif inhu mqassam il-moħħ, Dr Xuereb spjega li hemm numru ta’ sezzjonijiet differenti. Liema partijiet, Dr Xuereb identifikahom permezz ta’ replika tal-moħħ, bħalma jidher fil-filmat t’hawn taħt.

Dr Xuereb spjega li:

Il-blu tal-lemin jiddetermina l-personalità tal-bniedem.

Il-parti l-ħadra għandha x’taqsam ma’ dak li nħossu.

Il-kannella abbinat mal-moviment. Liema sezzjoni, tikkontrolla l-ġisem minn fuq s’isfel.

Il-biċċa oranġjo għandha x’taqsam mal-ansjetajiet u l-perċezzjonijiet li lkoll ikollna.

Il-parti ta’ ġewwa, magħrufa bħala l-limbic system, relatata mal-emozzjonijiet u l-memorja. F’liema memorja, Dr Xuereb fakkar li għandna mitt biljun newron.

Aħbarijiet Oħra
Kurżitajiet

Ħafna xadini fl-Afrika, b’mod partikolari l-gurilli, ukoll qegħdin f’lockdown biex ma jimirdux bil-Covid-19. It-turiżmu marbut mal-gurilli f’dan il-kontinent ġie sospiż, waqt li għadd ta’ santwarji ta’ xadini oħra, bħall-Orangutans, għalqu…

COVID-19

Il-helpline 1770 issa se jagħti sostenn ukoll lil dawk li s-sitwazzjoni tal-Covid-19 qed tolqothom ħażin psikoloġikament. L-inizjattiva ttieħdet mill-Ministeru għas-Saħħa, b’kollaborazzjoni ma’ Richmond Foundation. Fi stqarrija l-Gvern qal li l-helpline…

Aktar