Kultura
Ara: Xi tfisser ‘Malta’ bil-Grieg?

Fil-qedem, pajjiżna kien jismu ‘Melita’. Liema isem, ġej proprju mill-Grieg, u li jfisser ‘għasel’. Sa mill-qedem, l-għasel kien u għadu meqjus bħala prodott prestiġġjuż ferm.

Fi żmien ir-Rumani, b’mod speċjali, l-għasel kien stmat daqs id-deheb.

Waqt ‘Malta u lil hinn minnha’, id-Direttur Ġenerali tal-Iżvilupp Rurali fl-Għammieri, Dr Mario Spiteri, spjega kif meta dak li jkun kienu jferuh bix-xabla, il-ġerħa kienet tindilek bl-għasel minħabba l-fatt li s-sustanza fi ħdan l-għasel tagħmel tajjeb għan-nuqqas ta’ ċirkolazzjoni.

U llum, l-għasel, u għalhekk in-naħal, jiswew daqstant ieħor mitqlu deheb. Il-Malti jgħid ‘bla flus la tgħannaq u lanqas tbus’. Iżda, għall-bidwi, li kieku ma hemmx in-naħal, ma jikber kważi kważi xejn.

F’dan l-isfond, Dr Spiteri spjega li l-biċċa l-kbira tal-ħaxix u l-frott li jikber fuq l-uċuħ tar-raba’, jiddakkar min-naħla.

 

 

Aħbarijiet Oħra
Artiklu bi ħlas

Apparti l-għajnuna ewlenija tal-Covid Wage Supplement, il-Malta Enterprise qed toffri għadd ta’ miżuri oħra ta’ għajnuna bil-għan li tagħti daqqa t’id lin-negozji u lill-impjegati kawża taż-żmien partikolari li lkoll ninsabu…

Ilbieraħ filgħaxija, Fr Charles Tabone wassal sessjoni oħra t’eżerċizzi, bil-għan li l-eluf ta’ reliġjużi li ta’ kull sena f’dawn il-jiem joħonqu l-għadd ta’ knejjes madwar il-gżejjer Maltin, minkejja l-imxija tal-Covid-19,…

Kurżitajiet

Għadd ta’ korijiet f’Malta u Għawdex qed isibu mezz kif ikomplu bit-taħriġ, u anki jirrekordjaw siltiet ġodda – kollox b’mod virtwali. Fost dawn hemm il-kor tal-parroċċa ta’ Birżebbuġa, li f’dawn…

Barranin

Shenzhen saret l-ewwel belt fiċ-Ċina li qed tipprojbixxi l-bejgħ tal-klieb u l-qtates biex jittieklu. Id-deċiżjoni qed ikun irrappurtat li ttieħdet wara li l-bidu tal-coronavirus ġie assoċjat mal-konsum ta’ annimali selvaġġi….

Aktar