Tradizzjonijiet
Ara: X’ikun fih il-karru tal-Karnival?

Il-karru tal-Karnival mhux lakemm timlieh injam u seratizzi, toħorġu fit-toroq u barra bid-daqq. Illum il-ġurnata, il-karru tal-Karnival ma jsirx kif ġieb u laħaq, hekk kif dan jitlob għadd ta’ responsabiltajiet.

Fost l-oħrajn, dak li jkun irid jara kif sa jqassam ix-xogħol lill-voluntiera, u, fuq kollox, kif sa jiffinanzja x-xogħol kollu li jsir fl-imħażen.

Wara l-ħin tax-xogħol tagħhom, lill-voluntiera ssibhom imiddu idejhom fl-imħażen rispettivi tagħhom. Ilkoll, bejn kelma u oħra, jiġbdu ħabel wieħed, u jaħdmu qatigħ bil-għan li joħorġu karru l-ġmiel tiegħu.

Fost il-kumpaniji tal-Karnival, dik ‘Tal-Banda’. U, waqt il-programm ‘Mill-Qarċilla sas-Salib’, għadd ta’ voluntiera fi ħdanha, spjegaw pass pass kif isir il-karru.

Il-maskerun bl-injam

Qabelxejn, biex isiru l-forom tal-maskerun, jissaħħan l-injam, kif spjega Charles Briffa, li jieħu ħsieb il-kumpanija ‘Tal-Banda’.

Il-kisi tal-kartapesta

Qabel tingħata l-kolla, il-maskerun bl-injam jinkesa bil-karti.

Għadd ta’ forom bit-tafal

Uħud mil-forom tal-karru, bħal dawk tal-idejn jew l-uċuħ żgħar, isiru bit-tafal. Liema xogħol, isir b’tali mod li t-tafal jaqbad sew u ma jaqax.

Il-qafas tal-ħadid

Taħt kull maskerun u kull ħaġ’oħra magħmula mill-kartapesta, hemm il-qafas tal-ħadid. Liema ħadid, irid ikun sod u b’saħħtu. U, fl-istess ħin, irid ikun magħmul b’tali mod li jkun jista’ jiċċaqlaq kif meħtieġ skont il-koreografija.

Il-kolla

Biex tiksi, trid tagħti l-kolla, kif spjega Xylon Vella Smith, żagħżugħ voluntier ta’ ħmistax-il sena.

Aħbarijiet Oħra
Sport

B’kollox, ta’ kull sena, jidħlulha madwar 5,000 atleta. U, nhar il-Ħadd, xejn anqas, hekk kif daqstant ieħor mistennija jinġabru fl-inħawi tas-Saqqajja r-Rabat, bil-għan li jaħarqu kalorija jew tnejn. Il-Maratona ta’…

Mużika

Kull nhar ta’ Ġimgħa, fuq Television Malta, fis-7.00pm, jixxandar ‘Magic Malta Music Show’. Programm, ismu miegħu, relatat mal-mużika, u ppreżentat minn Dorian Cassar. Liema preżentatur, għal madwar nofs siegħa, idoqq…

Safar

Persuni li kienu qed jistennew biex imorru vaganza jista’ jkun li jibqgħu b’xiber imnieħer minħabba attivitajiet jew titjiriet li qed jiġu kkanċellati f’diversi pajjiżi bħala prekawzjoni kontra l-imxija tal-coronavirus. F’dan…

Kurżitajiet

Illejla, ‘X’sar minnhom’, jissokta bi programm ieħor, bil-għan li jqanqal xi ftit tan-nostalġija qalb it-telespettaturi ta’ Television Malta billi jerġa’ ‘jagħti l-ħajja’ lil għadd ta’ persuni lokali magħrufa, u li…

Aktar