Ambjent
ARA: X’inhi din il-figura stramba fil-Buskett?

Skultura tal-konkos b’xehda tan-naħal fil-Buskett hi l-qofol ta’ tmiem il-ġimgħa internazzjonali tal-arti tal-Malta International Contemporary Art Space.

Biċċa xogħol artistika tal-artist Pierre Huyghe se tibqa’ għall-wiri f’Wied il-Luq fil-Buskett sal-aħħar ta’ Jannar. L-iskultura jisimha Exomind (Deep Water) u turi figura femminili f’pożizzjoni kokka, b’rasha f’xehda naħal, qalb il-flora u l-fawna ta’ dan il-wied.

Imwieled Pariġi, Pierre Huyghe hu bbażat bejn New York fl-Istati Uniti u Santiago fiċ-Ċili. Ix-xehda tan-naħal inħadmet min-naħħala Maltin, Ray Sciberras u Denise Camilleri. In-naħal mhux Malti iżda Buckfast u kellhom jinġiebu mill-Ingilterra rġejjen li kienu inseminati b’mod artifiċjali.

“In-naħal li użajna fil-bidu kienu nurse bees Maltin imma issa l-kolonja f’dawn l-aħħar sitt ġimgħat li ilu jaħdem fuq ix-xehda tbiddel min-naħal Malti u sar kollu naħal Buckfast. In-naħal Buckfast huwa magħruf li hu naħal kalm u dolce ħafna u mhux agressiv,” spjega Ray Sciberras.

In-naħħala jridu ta’ kuljum jindukraw ix-xehda fl-iskultura li hija l-qofol ta’ avveniment internazzjonali tal-arti li l-Malta International Contemporary Art Space, MICAS, qed jorganizza fi tmiem din il-ġimgħa b’kollaborazzjoni ma’ Serpentine Galleries ta’ Londra.

Iċ-Chairperson ta’ MICAS, Phylis Muscat qalet li l-għan ta’ MICAS hu li jkompli jkabbar l-għarfien dwar l-arti kontemporanja u jpoġġi lil Malta fuq ix-xena tal-arti internazzjoni billi juri xogħlijiet ta’ artisti ta’ fama dinjija.

Il-Ministru għall-Kultura Owen Bonnici qal li l-proġett MICAS hu wieħed ta’ legat għax fost oħrajn jagħmilha possibbli biex l-artisti jkabbru l-arti u t-talenti tagħhom.

Il-Prim Ministru Joseph Muscat qal li l-Gvern ma ddejjaq xejn joħroġ €22 miljun għall-proġett MICAS għaliex qal li qed jimla vojt fejn tidħol l-arti kontemporanja. Żied li l-fatt li Serpentine Galleries qed jikkollaboraw ma’ MICAS hu xhieda tal-livell li MICAS mistenni jilħaq fil-ġejjieni.

Aħbarijiet Oħra
Kronaka

Il-Pulizija arrestat raġel ta’ 39 sena mill-Marsa suspettat li wettaq sensiela ta’ serqiet minn ħwienet fl-aħħar ġimagħtejn. L-arrest sar mill-Iskwadra ta’ Kontra r-Reati Vjolenti fi ħdan id-Dipartiment tal-Investigazzjonijiet Kriminali fil-lejl…

Politika

Dr Justyne Caruana ddikjarat li ma kinitx konxja tal-istorja rrapportata fil-midja dwar il-qrubija bejn żewġha, l-eks Deputat Kummissarju Silvio Valletta, u Yorgen Fenech, li huwa s-suspettat mandant ewlieni fil-qtil ta’…

Politika

Id-ditta legali Chetcuti Cauchi xandret il-partijiet mill-filmat li ma kinux ixxandru mill-istazzjon Franċiż M6, li qalet li jiskolpawha mill-allegazzjonijiet li saru dwarha b’rabta mal-iskema taċ-ċittadinanza b’investiment, u li wasslu biex…

Politika

Jean Claude Micallef dalgħodu ħa l-ġurament bħala Membru Parlamentari, wara li kien elett b’elezzjoni każwali f’Diċembru li għadda. Is-Sur Micallef se jkun qed jokkupa s-siġġu vakat mill-eks Ministru Helena Dalli,…

Aktar