Kultura
AĠĠORNAT: Il-bajja tal-Għadira tinbidel f’kunċert ta’ Rockestra

Persuni li dalgħodu kienu fil-bajja tal-Għadira tħassbu meta għal-ħabta tal-11.00am raw ħelikopter idur fuq il-bajja, u bdew jistaqsu jekk ġarax xi ħaġa.

TVM jista’ jikkonferma li m’hemm l-ebda emerġenza, iżda r-raġuni eżatta għall-preżenza tal-ħelikopter ma kinitx ċara immedjatament.

Ftit ħin wara li l-ħelikopter deher idur fuq il-bajja, struttura li kienet armata fuq ir-ramel inkixfet, u deher palk.

Minnufih bdiet esebizzjoni minn band, u fi ftit minuti sar magħruf li din hija promozzjoni għall-festival Rockestra, bis-sehem ta’ 20 mużiċist mill-Orkestra Filarmonika Nazzjonali.

Il-mużiċisti kienu taħt id-direttur mużikali Sigmund Mifsud, filwaqt li d-direzzjoni artistika tinsab f’idejn Paul Borg Bonaci.

Il-kunċert ċkejken tal-lum kien togħma ta’ dak li se jseħħ f’Rockestra fit-28 ta’ Settembru b’risq il-MCCFF.

Aħbarijiet Oħra
Politika

Il-Kunsill Ġenerali tal-Partit Nazzjonalista għad jista’ jiddeċiedi dwar il-futur politiku ta’ Adrian Delia f’każ li jinġabru biżżejjed firem minn fost il-kunsilliera b’talba speċifika biex jissejjaħ vot ta’ sfiduċja f’Adrian Delia…

Droga

Il-Covid-19 ġabet magħha għadd ta’ restrizzjonijiet li affettwaw is-safar u l-importazzjoni ta’ diversi prodotti, jidher iżda li mhux id-droga. Id-Direttur tal-Caritas, Anthony Gatt, qal li f’Malta ma kienx osservat xi…

Aktar