Barranin
Ara x’ipenġi kuljum fuq idu dan il-kandidat għal President Amerikan

Hekk kif it-taqtiegħa għall-elezzjoni tal-Presidenza tal-Istati Uniti tinsab fl-aqwa tagħha, f’dibattitu bejn il-kandidati tal-Partit Demokratiku ġiet innutata tpinġija mhux tas-soltu fuq id wieħed mill-kandidati, impinġija bil-biro.

Fuq idu x-xellugija ġie nnutat salib kbir, imdawwar b’erba’ slaleb iżgħar.

Il-kandidat, Tom Steyer, mhux l-ewwel darba li ġie nnutat fil-pubbliku b’din it-tpinġija fuq idu. Fil-fatt qal li din ilu jagħmilha fuq idu għal talinqas sentejn.

Fil-passat spjega kif dan is-simbolu huwa magħruf bħala s-‘Salib ta’ Ġerusalemm’, u jmur lura għall-meta l-Kristjani invadew Ġerusalemm biex jieħdu l-artijiet mingħand il-Misilmin. Hemm ħafna teoriji dwar x’jista’ jkun ifisser dan is-salib, fosthom Kristu u l-erba’ vanġelji, il-ħames feriti ta’ Kristu fuq is-salib, jew sempliċiment l-erba’ punti tal-kumpass.

Steyer qal li jpenġi dan fuq idu biex dejjem jiftakar li għandu jgħid il-verità, akkost ta’ kollox, u minkejja “kemm din tista’ titfgħu lura fil-politika.”

Aħbarijiet Oħra

L-istudenti ta’ Madonna dell’Asilo qed igawdu veduta mill-isbaħ u arja nadifa hekk kif intlaħaq qbil li l-lezzjonijiet flok isiru fi klassi f’ambjent magħluq, isiru fuq il-bajja ta’ Vasto. It-tfal, wara…

Il-Ministru għall-intern Franċiż qal li l-attakk b’sikkina li seħħ ilbieraħ f’Pariġi fejn indarbu serjament raġel u mara li jaħdmu għal kumpannija tax-xandir, qed jiġi meqjus bħala attakk  terroristiku. L-attakk seħħ…

Fir-Renju Unit, surġent veteran tal-Pulizija nqatel b’tiri ta’ arma tan-nar f’Londra. L-uffiċjal miet kawża tal-ġrieħi li ġarrab f’sidru waqt li kien qed jarresta lill-aggressur. L-aggressur ta’ 26 sena spara lilu…

Żewġ ġuvintur jidhru li qed jippruvaw jiksbu popolarità billi jixxabtu b’mod perikoluż u ħafna drabi illegali, imbagħad itellgħu l-filmati fuq il-midja soċjali. Jidher li dawn iż-żgħażagħ għażlu lil Malta għall-aħħar…

Aktar