Barranin
ARA: Xita ta’ flus f’Kalifornja – nies b’ferneżija biex jaħtfu li jistgħu mit-triq

Vann armat li kien qed iġorr ammonti kbar ta’ flus fuq highway f’Kalifornja, fl-Istati Uniti, għal xi raġuni spiċċa xerred parti sostanzjali mill-konsenja.

Il-każ seħħ f’San Diego l-Ġimgħa filgħodu, b’għexieren ta’ sewwieqa jieqfu fin-nofs u jinżlu jiġbru kemm jifilħu flus mill-art.

Il-Pulizija qalet li din il-ferneżija ħolqot konġestjoni ta’ traffiku fuq il-highway, u wissiet li dawk li ħadu l-flus mit-triq jistgħu jittieħdu passi kontrihom.

Imbeżża’ b’din il-possibiltà, kien hemm diversi persuni li ħadu l-flus fl-għases tal-Pulizija, b’kelliem għall-Pulizija jgħid li kienu ġew irritornati ammonti sostanzjali ta’ flus.

Filmat miġbud minn tfajla li kienet fuq il-post juri għadd ta’ persuni jiġbru l-flus mill-art u jifirħu bihom. Il-filmat, li ttella’ fuq il-midja soċjali, aktarx li kien ta’ motivazzjoni biex uħud li dehru fih jirritornaw il-flus lill-pulizija.