Lokali
ARA: X’jaħsbu l-Maltin dwar il-ħin tas-sajf – għandu jinbidel?

Il-Maġġoranza tal-Maltin li tkellmu ma’ TVM, ma tantx dehru favur li l-Unjoni Ewropea tibdel id-direttiva tagħha biex jispiċċa l-ħin tas-sajf bejn Marzu u Ottubru. Fil-Parlament Ewropew tqajmu argumenti li l-ħin tas-sajf, jista’ wara kollox qed jaffettwa ħażin liċ-ċittadini Ewropej.

L-Unjoni Ewropea f’riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropea ntalbet teżamina jekk il-ħin tas-sajf meta l-pajjiżi membri jdawwru s-siegħa fl-aħħar ġimgħa ta’ Marzu u Ottubru huwa qed ikollu impatt ħażin fuq iċ-ċittadini Ewropej.

Ir-riżoluzzjoni sabet l-appoġġ ta’ 384 membru Parlamentari fosthom ħames Ewroparlamentari Maltin, waqt li minoranza ta’ 153 deputat ivvutaw kontra għax ma jridux li l-Kummissjoni tikkunsidra tibdil fid-direttiva tal-ħin tas-sajf.

F’Malta, il-maġġoranza tan-nies li tkellmu ma’ TVM iridu li jibqa’ l-ħin tas-sajf.

Għall-pajjiżi Nordiċi bħall-Fillandja u d-Danimarka fejn fis-sajf idum ħafna ma jidlam, il-ħin tas-sajf jista’ joħloq skumditaa. Ewroparlamentari Olandiż fost oħrajn argumenta li l-ħin tas-sajf saħanistra jista’ jkun theddida għas-saħħa għax in-nies idumu ma jorqdu u tkun iktar faċli li jkunu involuti f’inċidenti tat-traffiku.

B’interessi konflingenti bejn in-naħa ta’ fuq u n-naħa t’isfel tal-Ewropa, anke fuq din tal-ħin tas-sajf, il-Kummissjoni Ewropea ser ikollha tipprova tfittex bilanċ u kompromess li mhux ser ikun faċli kif stqarret il-Kummissarju Ewropew għat-Trasport Violeta Bulc.

Violeta Bulc qal li “uncoordinated national time change in the course of the year would create very important problems for the good functioning of our internal market, notably in the transport sector. So, if we ever decide to stop changing the clock it has to be done throughout EU in a synchronised and unified manner.”

 

Minkejja dan id-dibattitu, żgur li mhux ser ikun konkluż sal-aħħar ta’ Marzu li ġej meta terġa’ ddur is-siegħa għall-ħin tas-sajf, f’Malta u fil-pajjiżi kollha tal-Unjoni Ewropea.

Aħbarijiet Oħra
Lokali

Wara laqgħa li kellhom illejla s-sidien tal-pompi tal-petrol msieħba fil-GRTU, ftehmu li minn għada mhux se jħallu s-servizz tal-fuel bl-automatic. Dan ifisser li s-sevizz mill-pompi se jkun sas-sitta ta’ filgħaxija,…

Lokali

Fredrick Attard stqarr li m’għandux kliem biex jirringrazzja lid-donaturi tad-demm li bil-ġest tagħhom jistgħu jsalvaw lil ommu u lil oħtu li jeħtiġilhom trasfużjoni tad-demm bħala parti mill-kura kontra l-kanċer tas-sider…

Lokali

Iktar tard din il-ġimgħa, il-President Marie Louise Coleiro Preca se jkollha żjara statali fit-Turkija. Hi se tkun akkumpanjata minn delegazzjoni tan-negozju magħmulha minn 50 persuna. Delegazzjoni ta’ 50 persuna se…

Lokali

X Factor Malta jinsab ftit jiem biss ‘il bogħod mill-finali. Wara s-serata tal-bieraħ, fadal erba’ finalisti biex jintgħażel ir-rebbieħ ta’ X Factor Malta li fost oħrajn jirrapreżenta jew tirrapreżenta lil…

Aktar