Barranin
ARA: X’jiġri meta kelb tal-but jagħmel l-arja ma’ ljuni tal-baħar?

Kuraġġuż jew miġnun? Filmat li qed idur fuq il-midja soċjali juri l-bravura, jew ġennata, ta’ kelb tal-but.

Il-kelb kien qiegħed fuq dgħajsa li bdiet toqrob lejn l-art. Fuq il-blat kien hemm madwar seba’ ljuni tal-baħar, jilgħaqu x-xemx għall-affari tagħhom.

Wara li ħoloq frattarija bl-inbieħ, il-kelb ta s-salt għal fuq il-blat, fejn daħal jagħmel l-arja qalb dawn l-annimali ferm ikbar minnu.

Għalkemm jingħad li kelb li jinbaħ ma jigdimx, l-iljuni tal-baħar xorta waħda jidher li tnaffru, u minflok ma għamlu għalih, pront ħarbu għal ġol-baħar.

Aħbarijiet Oħra
Kurżitajiet

Waqt li t-traffiku normalment huwa l-kawża ta’ frustrazzjoni kbira għax-xufiera, jidher li dan ma jaffettwax lil kulħadd b’mod negattiv. Dan hekk kif f’filmat li qed jiċċirkola fuq il-midja soċjali dalgħodu,…

Barranin

Pulizija f’Kalifornja, fl-Istati Uniti, issejħu fis-sigħat bikrin ta’ filgħodu biex joffru għajnuna mhux tas-soltu. Ors kbir, li huwa magħruf fiż-żona ta’ Kings Beach bl-isem ta’ T-Shirt, daħal ġo skip biex…

Barranin

Il-Prinċep Andrew tal-Ingilterra ċaħad li kellu x’jaqsam sesswalment ma’ tfajla ta’ 17-il sena lura fl-2001. L-allegazzjoni qed issir minn Virginia Guiffre, li qalet li kienet iltaqgħet mal-Prinċep f’bar, li żifnet…

Barranin

F’Venezja ħarġet twissija oħra għal għada hekk kif il-livell tal-ilma mistanni jaqbeż il-metru u nof. Tħabbar li l-pagamenti li r-residenti ta’ Venezja jħallsu għad-djar tagħhom se jiġu sospiżi għal sena…

Aktar