COVID-19
ARA: X’jiġri minn min m’għandux karozza u jrid jagħmel swab

Grupp ta’ xufiera tal-karozzi tal-linja ilhom fuq xahrejn isuqu vetturi tal-gvern minflok xarabanks. Il-kumpanija Malta Public Transport qed tipprovdi dawn ix-xufiera li ta’ kuljum qed iwasslu għal swab test fiċ-ċentri ta’ Ħal Farruġ jew Pembroke lil persuni li m’għandhomx mezz ta’ trasport privat. Il-loġistika qed titmexxa minn voluntiera tal-Malta Health Network mill-faċilitajiet tal-assoċjazzjoni tal-basketball f’Ta’ Qali.

Dalgħodu ġejjin karozza tal-Gvern għalik u se jiħduk it-test Pembroke u wara lura d-dar. Importanti li tieħu miegħek it-tissues u l-id card.

F’uffiċċju fil-padiljun tal-basketball f’Ta’ Qali, volontiera tal-Malta Health Network jgħarrfu lin-nies xħin se jgħaddi għalihom ix-xufier.

“Hello. Bonġu. Mr Glen Falzon? Jien Joseph Magro x-xufier li se niħdok għat-test. Se nkun għandek bejn kwarta u nofs siegħa oħra. Thank you.”

Ix-xufier wasal fil-post b’GPS.

“Hello. Mr Glen Falzon? Ix-xufier erġajt. Qiegħed ħdejn id-dar tiegħek fi Triq Schembri. Xħin ikollok ċans tista’ toħroġ ta. Thank you.”

XUFIER: “Glen nassigurak li din safe. Kif qed tara bejni u bejnek hawn perspex issiġilat u l-karozza titnaddaf wara kull passiġġier bis-sanitizers.”

Fil-karozza li kont fiha jien tiġi hawnhekk fil-hub Ta’ Qali fejn tiġi mnaddfa mill-ġdid bil-kimika min-nies hawnhekk illi jaħslu l-karozzi wara kull vjaġġ illi jsir.

Patrick Vella, Kordinatur taċ-Ċentru tat-Trasport qal “innaddfu kemm is-seats li rridu ngħidu li anki t-tapizzerija nbidlet biex ikunu jistgħu jitnaddfu u diżinfettati. Innaddfu l-partition. Kull karozza hi equipped b’partition għas-sigurtà tax-xufier u anki min ikun passiġġier jiġifieri kuntatt bejn ix-xufier u l-passiġġier m’għandekx. Il-cleaner tnaddaf il-bibien tal-karozza u anki l-pumi tal-karozza.”

Is-servizz beda jitħaddem f’Marzu. Is-servizz qiegħed għal kull min għandu bżonn jagħmel it-test però m’għandux trasport tiegħu.

Kull vettura tista’ ġġorr sa żewġ persuni. “Aħna nġorru persuna waħda ħlief f’każi fejn inti jkollok żewġ persuni li joqogħdu fl-istess dar, fl-istess indirizz u allura jgħixu flimkien u jinġarru flimkien.”

Ħolqa importanti fis-servizz . . . xufiera tal-Malta Public Transport li minn jeddhom għażlu li minflok ikomplu jsuqu l-karozzi tal-linja jwasslu nies li jistghu jkunu morda bil-Covid-19.

“We’ve been to Xemxija, Bidnija, Marsaxlokk and some of the localities from Ħal Tarxien and we go all around Malta.”

Cortez, xufier qal “We go to Mellieħa, sometime we go to Marsascala, Birżebbuġa. Anywhere in Malta.”

B’kollox, hemm 27 xufier li bejniethom jagħmlu madwar 90 vjaġġ kuljum.

Joseph Magro, xufier qal “nixtieq nirringrazzja lil marti u lit-tfal li xħin għedtilhom li se nibda dan ix-xogħol ġdid ħadu xokk għax hu virus ġdid ħadd ma jaf x’inhu fil-bidu imma għamluli kuraġġ biex ngħin lil pajjiżi.”

Cortez stqarr “I want to help the people in Malta to finish this pandemic. Thank you very much. Welcome sir. Have a good day.”

Min-naħa tiegħu, Dave Peacock, xufier qal “we have these plastic screens so the company and the government has done everything to keep us safe.”

L-Assoċjazzjoni tal-Basketball loffriet il-faċilitajiet tagħha f’Ta’ Qali lill-awtoritajiet tas-saħħa.

Paula Vassallo, Direttur tal-Promozzjoni tas-Saħħa u l-Prevenzjoni tal-Mard qal “konna qed infittxu post biex ma nħalluhomx fejn it-testing hub ta’ Ħal Farruġ u offrewlna dan il-post li kien ideali għalina.”

Dr Vassallo qalet li din hi esperjenza oħra li fiha kulħadd qed jiġbed ħabel wieħed għall-ġid tal-pajjiż.

Aħbarijiet Oħra
Politika

Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista tilef vot ta’ fidċuja fil-grupp parlamentari wara laqgħa li damet għaddejja ħames siegħat. Madanakollu, f’konferenza tal-aħbarijiet eżatt wara għall-ħabta tas-sagħtejn ta’ filgħodu, Dr Delia qal li mhux…

Edukazzjoni

L-Università ta’ Malta ħabbret li ċ-ċerimonji ta’ gradwazzjoni li kienu se jsiru f’Novembru u Diċembru li ġej jiġu posposti għas-sena d-dieħla minħabba l-inċertezza relatata mal-COVID-19. Ir-Rettur tal-Università, il-Professur Alfred Vella…

COVID-19

F’għeluq ir-raba’ xahar minn meta feġġ l-ewwel każ tal-coronavirus f’Malta, ir-rata ta’ trasmissjoni tal-virus minn persuna għall-oħra, l-hekk imsejjaħ R Factor, nizel għal 0.33, li jfisser li tliet persuni jistgħu…

Politika

L-Avukat Ġenerali rrefera għall-parir li huwa ta lill-Pulizija fis-16 ta’ Mejju 2016, u sostna li dan imkien ma rrakkomanda t-twaqqif ta’ xi investigazzjonijiet jew tal-ġbir ta’ provi kontra xi professjonisti,…

Aktar