Lokali
ARA: X’kellu xi jgħid il-PM dwar l-IVF, l-immigrazzjoni u l-FIAU

Il-Prim Ministru Joseph Muscat qal li l-emendi fil-liġi tal-IVF ma jmorrux kontra l-kostituzzjoni.  Dr Muscat qal dan meta kien qed iwieġeb għad-domandi tal-ġurnalisti dwar l-aħħar żviluppi b’rabta ma’ din il-kwistjoni.  Il-PM qal li l-Gvern ikkonsulta mal-Avukat Ġenerali dwar il-każ u minn hemm iddeċieda biex jgħaddi għall-vot finali ta’ għada fil-Parlament.

Dwar l-immigrazzjoni, Dr Muscat qal li din il-kwistjoni ma tistax titqies biss minn dimensjoni waħda. Huwa qal li hemm bżonn li ssir differenza bejn dawk li qed ifittxu l-ażil b’mod ġenwin u dawk l-immigranti illegali li qed ifittxu ħajja ekonomika aħjar.  Il-PM semma wkoll kif l-immigrazzjoni miċ-Ċentru tal-Mediterran naqset b’78% mis-sena li għaddiet, bis-saħħa fost oħrajn tal-interventi tal-UE.

Il-PM ġie mistoqsi wkoll dwar il-kummenti tal-Kummissarju Ewropew fir-rigward tal-Awtorità Bankarja Ewropea (EBA) u l-azzjoni li ssemmiet li qed tittieħed fil-konfront tal-FIAU u Pilatus Bank. Il-PM qal li l-EBA kkummentat dwar il-passat tal-FIAU u mhux dwar dak preżenti.

Segwi hawnhekk il-kumment sħiħ tal-Prim Ministru dwar dawn il-kwistjonijiet.

 

Aħbarijiet Oħra
Lokali

Waslet fi tmiemha l-Presidenza Awstrijaka tal-Kunsill Ewropew, bl-Ambaxxatur Awstrijakk għal Malta, Andreas Stadler, jgħid li fit-tliet oqsma li l-Presidenza Awstrijaka kienet identifikat bħala l-miri tagħha għall-presidenza ġie reġistrat progress. Semma…

Sigurtà

F’tarzna fl-Italja beda x-xogħol fuq l-akbar investiment li qatt daħlet għalih l-armata Maltija: il-bini ta’ patrol boat kbira bi spiża ta’ madwar €50 miljun. Hu pjanat li sa sentejn oħra…

Lokali

Inawgurat ilejla l-għaxar edizzjoni tal-presepju ħaj: “Bethlehem f’Għajnsielem” . . . l-ewwel attrazzjoni tal-Milied mal-wasla f’Għawdex li ta’ kull sena jilqa’ eluf ta’ viżitaturi biex iġeddu l-esperjenza tat-twelid ta’ Ġesù….

Kronaka

Raġel ta’ 60 sena weġġa’ fil-korsa tal-Marsa llum għall-ħabta tas-1.30 ta’ waranofsinhar. Il-Pulizija qalet li l-inċident seħħ waqt li kienu għaddejjin it-tiġrijiet taż-żwiemel. Ir-raġel, li joqgħod ix-Xewkija, ttieħed l-isptar Mater…

Aktar