Barranin
Ara x’miżuri qed jieħdu pajjiżi Ewropej kontra l-imxija tal-Covid-19

Gvernijiet Ewropej qed ikomplu jħarrxu l-miżuri biex irażżnu l-imxija tal-pandemija, hekk kif ħafna pajjiżi qed jintlaqtu mit-tieni mewġa tal-virus.

Franza: 46 miljun persuna ordnati jibqgħu ġewwa bejn id-9pm u s-6am

Fi Franza, mas-46 miljun persuna huma ordnati jibqgħu ġewwa bejn id-disa ta’ filgħaxija u s-sitta ta’ filgħodu, hekk kif ġie irreġistrat rekord ta’ 41,622 każ ġdid ta’ COVID fil-pajjiż f’ġurnata. Il-miżuri il-ġdida li taffetwa kważi ħamsin żona fil-pajjiż fosthom il-kapitali Pariġi, se tibqa’ fis-seħħ għal sitt ġimgħat.

L-Italja (Lazio u Campania): In-nies ordnati ma joħorġux bil-lejl

Miżuri simili għall-ibliet ta’ Ruma u Napli fl-Italja, hekk kif ir-reġjuni ta’ Lazio u Campania żdiedu mal-Lombardija u ġew ordnati isegwu restrizzjonijiet biex ma joħorġux mal-lejl.

L-Islovakkja: Lockdown parzjali – jistgħu joħorġu biss għax-xogħol, bżonn essenzjali u skola

Mis-Sibt, is-Slovakkja se timponi lockdown pazjali li se jtul ġimgħa – bin-nies se jkunu jistgħu joħorġu biss għax-xogħol, xiri ta’ bżonnijiet essenzjali u biex it-tfal imorru l-iskola.

Spanja (Madrid): Miżuri biex inqas nies jissoċjaliżżaw

F’Madrid, minn għada jidħlu fis-seħħ miżuri ġodda biex titrażżan l-imxija tal-COVID, hekk kif jiskadi l-perjodu ta’ ġimagħtejn lockdown li kien impost fuq il-kapitali Spanjola. L-awtoritajiet reġjonali qed jippjanaw li jindirizzaw l-problemi f’uħud miż-żoni, u fost oħrajn se jkunu qed iwaqqfu li nies li jgħixu fi djar differenti jissoċjaliżżaw bejn nofs il-lejl u s-sitta ta’ filgħodu.

Il-Prim Ministru Spanjol Pedro Sanchez qal li skond studju, it-total veru ta’ każi ta’ COVID fil-pajjiż jaqbeż it-tliet miljun, u żied li miżuri li jnaqqsu il-mobbilta’ tan-nies u li jillimitaw lin-nies milli jissoċjaliżżaw huma meħtieġa biex ikun evitat lockdown nazzjonali.

Il-Polonja: Ir-Ristoranti u l-Barijiet jagħlqu l-bibien għal ġimgħatejn

Il-Polonja ordnat li ir-ristoranti u l-barijiet jagħlqu il-bibien għal ġimgħatejn waqt li ma jistax ikun hemm gruppi ta’ aktar minn ħames min-nies f’postijiet pubbliċi/ Il-Prim Ministru Pollakk Mateusz Morawiecki appella ukoll biex persuni li għandhom aktar minn 70 sena jibqgħu ġewwa/

Il-Belġju: Projbiti spettaturi għall-sport, limitati in-nies fi spażji pubbliċi

Il-Prim Ministru Belġjan Alexander de Croo ħabbar miżuri ġodda, fosthom billi ġie projbit li jkun hemm spettaturi waqt attiviatjiet sportivi, ġew limitati l-ammont ta’ nies fi spazji pubbliċi kif ukoll ingħalqu il-parks ta’ divertiment. Dawn ir-restrizzjonijiet se jibqgħu fis-seħħ sas-19 ta’ Novembru/ Fil-Belġju diġa ingħalqu il-barijiet, ristoranti u kafetteriji biex titrażżan l-imxija, bil-prim Ministru jgħid li jeħtieġ li titkompla l-attività fin-negozju, l-iskejjel jinżammu miftuħa u tkun protetta saħħet il-pubbliku.