Immigrazzjoni
ARA: X’qal il-PM dwar il-kwistjoni tal-immigranti abbord l-MV Aquarius

Il-Prim Ministru Joseph Muscat qal li s-sitwazzjoni tal-vapur MV Aquarius kienet qed teskala u l-Gvern Malti u l-Gvern Franċiż ħadu inizjattiva konġunta biex isolvu din il-kwistjoni.

Dr Muscat qal lil TVM li kieku l-Aquarius daħal Malta d-dover tal-awtoritajiet Maltin kien li jiġi arrestat, bil-konsegwenza li kienet tiżviluppa f’sitwazzjoni kkumplikata.

Il-Prim Ministru qal li ladarba l-Aquarius m’għandux bandiera, u allura mhux reġistrat, se jmur lura Franza fejn se jittieħdu passi biex il-vapur jirregolarizza ruħu f’dan ir-rigward.

Dr Muscat qal li meta t-temp jippermetti se jsir it-trasferiment tal-immigranti mill-Aquarius għal vapur tal-Forzi Armati Maltin.

Malta uriet li rridu sitwazzjoni li nkunu proattivi, filwaqt li ntweriet solidarjetà mal-persuni iżda Malta mhu se tieħu ebda immigranti mit-58 li kien hemm abbord dan il-vapur.

Ara wkoll:

Ħadd mhu se jibqa’ Malta mit-58 immigrant abbord l-Aquarius – se jitqassmu f’4 pajjiżi tal-UE

Aħbarijiet Oħra
Lokali

Proġett li qed isir mill-Federazzjoni Kaċċaturi Nassaba Konservazzjonisti għandu l-għan li jżid it-tkattir tal-barbaġann fis-selvaġġ. Il-barbaġann huwa tajra tal-priża li sar popolari bħala annimal domestiku, li iżda n-numru tiegħu naqas…

Saħħa

Fuq il-programm TVAM, ġiet diskussa t-tema tal-morning after pill u kif tinbigħ fl-ispiżeriji. Dr Claire Shoemake u Dr John Vella, it-tnejn membri tal-Malta Chamber of Pharmacists, qalu li spiżerija tista’…

Lokali

L-Assocjazzjoni tal-Iżviluppaturi (MDA) sejħet fi stqarrija lill-awtoritajiet biex jiżguraw li ħaddiema ta’ kuntratturi barranin li qed jaħdmu fuq proġetti ta’ kostruzzjoni f’Malta jkollhom drittijiet u kundizzjonijiet tal-ħaddiema Maltin irrispettivament jekk…

Blockchain

Malta se tkun l-ewwel pajjiż fid-dinja fejn mis-sena skolastika li jmiss ċ-ċertifikati tal-edukazzjoni u l-kredenzjali ta’ kull student se jkunu fuq blockchain. Waqt l-iffirmar ta’ ftehim bejn il-Gvern u Learning…

Aktar