Lokali
ARA: X’qal il-PM dwar ir-Renju Unit u dak li ġara s’issa

Il-Prim Minsitru tar-Renju Unit, Theresa May, qalet li hi mhix se tmexxi l-Partit Konservattiv għall-elezzjoni ġenerali li jmiss, erba’ snin oħra.

May għamlet din id-dikjarazzjoni fi Brussel qabel daħlet għal-laqgħa tal-Kunsill Ewropew. Tard ilbieraħ filgħaxija hi ngħatat vot ta’ fiduċja mill-parlamentari konservattivi.

Fis-summit ta’ jumejn, Theresa May mistennija titratta wiċċ imb wiċċ mal-mexxejja d-diffikultajiet u l-oġġezzjonijiet ewlenin li hemm f’pajjiżha għall-ftehim milħuq mal-blokk Ewropew. Il-mexxejja mbagħad, fosthom il-Prim Ministru Dr Joseph Muscat, mistennija jikkunsidraw u jiddeċiedu x’jista’ jsir mhux fil-preżenza ta’ May.

Il-Prim Ministru Joseph Muscat attenda laqgħa ta’ jumejn tal-Kunsill Ewropew. Ara x’qal il-Prim Ministru fil-kummenti tiegħu dwar Brexit u dak li ġara s’issa:

 

Aħbarijiet Oħra
Kronaka

Malti ta’ 19-il sena li kien jinsab miżmum arrestat ġewwa l-Lock-up fil-Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija, ipprova jweġġa’ lilu nnifsu. Il-każ seħħ illum fis-7pm.  Intervent immedjat tal-Pulizija waqqaf din l-azzjoni u r-raġel…

Lokali

San Ġiljan sebaħ nadif pupilla wara lejl ta’ divertiment f’Jum San Patrizju. Il-ħaddiema tat-tindif xkupaw 15-il tunnellata ta’ skart f’ħames sigħat. Ma’ sbieħ it-Tnejn filgħodu, il-Pjazza ta’ Spinola u toroq tal-madwar…

Kronaka

Lejn is-snin sittin tas-seklu sbatax, il-Berġa tal-Italja kienet imżejna b’dak li jissejjaħ la scala grande, it-taraġ il-kbir. Bl-interventi strutturali li sar fil-berġa tul is-snin il-preġju tat-taraġ intilef meta fost oħrajn…

Aktar