Politika
ARA: X’qal il-PM meta indirizza l-laqgħa għall-paċi
Lejlet il-ftuħ tal-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Magħquda fi New York, tfakkar il-mitt sena mit-twelid tal-ex President Nelson Mandela. Il-Prim Ministru Joseph Muscat kien wieħed mill-mexxejja li ndirizzaw il-laqgħa msejħa Nelson Mandela Peace Summit.
Il-Prim Ministru qal li llum mhux biss qed jitfakkar Nelson Mandela bħala persuna imma l-valuri tiegħu: ir-rikonċiljazzjoni fuq il-vendetta, il-kooperazzjoni fuq il-kunfitt u t-tama fuq il-mibegħda. Żied li f’dan l-ispirtu ta’ kooperazzjoni li l-pajjiżi għandhom jaffrontaw l-isfidi li jżidu l-pressjonijiet ekonomiċi u t-tensjonijiet politiċi madwar id-dinja kemm jekk hi t-tibdil fil-klima jew l-immigrazjoni.
Dr Muscat qal li l-gwerer u l-faqar jistgħu jiġu indirizzati jekk jiżdiedu l-isforzi fuq l-iżvilupp sostennibbli, biex jissolvew il-kunflitti u għall-paċi. Qal li fil-futur qarib il-bidliet estremi fit-temp jistgħu jkunu fattur ieħor għal xiex in-nies jaħarbu minn djarhom u jabbandunw il-komunitajiet tagħhom.
Il-Prim Ministru qal li inizjattivi bħal Ftehim ta’ Pariġi għandhom skop ta’ ottimiżmu. Appella biex dan is-sinjal qawwi ta’ ottimiżmu jidher ukoll fil-mod kif jiġi indirizzat l-esodu ta’ refuġjati u immigranti.  Huwa għamel referenza għall-Valletta Summit bejn l-Unjoni Ewropea u l-Afrika, li qal kien l-impenn ta’ Malta għal pjan ħolistiku.
Ara wkoll:
https://www.tvm.com.mt/mt/news/malta-tiffirma-dikjarazzjoni-ghall-paci-fgheluq-il-mitt-sena-mit-twelid-ta-nelson-mandela/
Aħbarijiet Oħra
Qorti

Steven Jones ta’ 50 sena mir-Renju Unit tressaq il-Qorti akkużat li fit-23 ta’ Mejju għamel danni fuq il-proprjetà privata f’San Ġiljan waqt li kien fis-sakra. Huwa ammetta l-akkużi u ngħata…

Lokali

7 sigaħt ilu fetħu l-postijiet tal-votazzjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsilli Lokali. Matul dan il-ħin kienu diversi li marru jivvutaw fosthom il-President George Vella, il-Prim Ministru Joseph Muscat u l-Kap tal-Oppożizzjoni…

Aktar