Lokali
ARA: x’qalu l-aktar nies involuti fl-insib dwar id-deċiżjoni tal-Qorti Ewropea

Id-deċiżjoni tal-Qorti Ewropea dwar l-insib għall-għasafar tal-Għana ġabet diversi reazzjonijiet. TVM ħa l-kummenti tas-Segretarju Parlamentari Clint Camilleri, tal-BirdLife u tal-FKNK.

Is-Segretarju Parlamentari Clint Camilleri qal li b’din id-deċiżjoni hawn mal-4,000 nassab iddispjaċċuti ferm. Spjega li l-Gvern qed jistudja s-sentenza tal-Qorti Ewropea biex imbagħad jieħu d-deċiżjonijiet.

Min-naħa tiegħu l-President tal-FKNK, Joe Perici Calascione qal li skanta bid-deċiżjoni tal-Qorti Ewropea. Saħaq li ħadd ma ta kas l-aspett uman, li l-insib huwa parti minn ħajjithom. Żied jgħid li se jitkellmu mal-Gvern biex jindirizzaw in-nuqqasijiet li allegatament hemm fis-sentenza tal-Qorti.

Il-Kap Eżekuttiv tal-BirdLife, Mark Sultana qal li qed jistennew lill-Gvern li josserva l-verdett tal-Qorti Ewropea u li titneħħa l-liġi li tippermetti l-istaġun tal-insib tal-għasafar tal-Għana. Żied jgħid li huwa messaġġ indirett fuq id-deroga tal-insib tal-Malviż u l-Pluviera u qal li qed jitolbu lill-Gvern biex jikkonsidra l-pożizzjoni tiegħu fuq din id-deroga.

Ara wkoll:

Malta titlef il-kawża fil-Qorti Ewropea dwar l-insib tal-għasafar tal-Għana – il-Gvern qed jevalwa d-deċiżjoni bir-reqqa

X’qalu l-partiti politiċi fuq id-deċiżjoni tal-Qorti Ewropea dwar l-insib tal-għasafar tal-għana?

Aħbarijiet Oħra
Lokali

Id-Dipartiment tad-Dwana qiegħed joħroġ għall-bejgħ bl-offerta eluf ta’ fliexken b’xorb alkoħoliku, li jvarjaw bejn whisky, vodka, gin, bacardi, brandy, rum, xampanja, inbejjed u birer, maqbuda mid-Dipartiment f’dawn l-aħħar xhur. Fi stqarrija, id-Dipartiment…

Teknoloġija

Madwar elf delegat minn madwar id-dinja bdew jiltaqgħu f’Malta f’konferenza internazzjonali fil-qasam tal-arti diġitali u l-gaming. Għal dan l-avveniment imsejjaħ ‘Trojan Horse Was a Unicorn’ hawn rappreżentanti ta’ wħud mill-akbar…

Unjoni Ewropea

L-istakeholders ewlenin Ewropej iddiskutew r-rapport tar-rappreżentant Malti fil-Qorti Ewropea tal-Awdituri Leo Brincat dwar kif għandha tintuża fil-prattika l-liġi Ewropea f’konferenza ta’ nofs ta’ nhar li ġiet organizzata mill-istess Qorti fil-bini…

Aktar