COVID-19
Ara x’qalu l-bejjiegħa, ix-xerrejja u l-anzjani fis-suq tal-Birgu dwar il-Covid-19

Eku tal-kapitlu Covid. Gradwalment il-ħajja qed tirritorna għan-normal f’Malta kif osservajna fis-suq tal-Birgu fejn sibna l-bejjiegħa u x-xerrejja iħarsu bit-tama lejn il-futur.

Is-suq tal-Birgu, fl-għodwa tat-Tlieta filgħodu, is-soltu hawnhekk kien ikun ippakkjat bin-nies. Il-Covid-19 ħalla effett għax kien hemm diversi ġimgħat, saħansitra xhur, li hawnhekk kien ikun baħħ. Iżda anki kif qalu dawk li jarmaw hawnhekk u anki l-konsumaturi, bil-mod il-mod Malta qed tirritorna għan-normal, inkluż fis-suq tal-Birgu.

Fost oħrajn staqsejna x’jaħsbu l-bejjiegha dwar il-miġja tat-turisti mill-ewwel ta’ Lulju. Qalulna li l-pajjiż għandu bżonnhom it-turisti inkluż huma.

Ix-xerrejja li ltqajna magħhom qalulna li qed jegħelbu l-biża’ bil-maskri u ż-żamma tad-distanza soċjali. Filwaqt li uħud mill-anzjani li ltqajna’ magħhom fis-suq u fil-pjazza tal-Birgu qalulna li jinsabu fis-seba’ sema li setgħu jixirfu minn djarhom wara tliet xhur magħluqin ġewwa.

Aħbarijiet Oħra
Lokali

Għandha 19-il sena u ma’ TVM irrakkuntat it-trawma kbira li għaddiet minnha minħabba dak li sejħet estremiżmu fit-twemmin ta’ komunità Nisranija. Amy Attard tirrakkonta kif minħabba hekk qed jitkissru għadd…

Riċerka

Il-lenti tal-kamera provdiet għodda lill-fotografi matul is-snin, biex bir-ritratti tagħhom iħallu xhieda tal-passaġġ tal-istorja. Il-fotografu professjonali Kevin Casha ġabar riċerka fuq kważi mitejn sena ta’ fotografija f’pubblikazzjoni li fiha ritratti…

Ippjanar u bini

Proġett li jekk ikun approvat mistenni jbiddel il-kunċett tat-trasport u l-presenza tal-vetturi fit-toroq. Studju dwar il-possibbiltà ta’ proġett ta’ Metro jew Monorail mistenni jkun ippublikat dalwaqt bil-Prim Ministru Robert Abela…

Politika

Id-19-il deputat tal-Grupp Parlamentari tal-Partit Nazzjonalista qalu li f’kull deċiżjoni li qed jieħdu qed jiżguraw li jpoġġu l-interessi tat-tesserati, tal-Partit kif ukoll tal-pajjiż fuq quddiem. Tkompli l-istennija għal direzzjoni mill-President…

Aktar