Televiżjoni u Radju
Ara: ‘X’sar minnhom’ illejla bl-aqwa siltiet minn Ottubru ‘l hawn

Kull bidu għandu tmiem.

Il-programm ‘X’sar minnhom’, li minn Ottubru ‘l hawn laqqa’ lit-telespettaturi ta’ Television Malta ma’ għadd ta’ personalitajiet Maltin li f’dawn l-aħħar snin tbiegħdu xi ftit jew wisq mix-xandir, illejla jagħlaq skeda ta’ 24 programm.

F’dan l-isfond, il-programm tal-lejla se jkun fih għadd ta’ siltiet qosra minn kull mistieden minn Ottubru ‘l hawn, bil-għan li dak li jkun jerġa’ jsegwi l-aqwa siltiet minn din l-iskeda.

Għall-aħħar darba f’din l-iskeda, segwi ‘X’sar minnhom’, illejla, fl-10.05pm fuq Television Malta.

L-aħħar programm

F’din l-iskeda, propju minn Ottubru tas-sena l-oħra, laqqajnikom ma’ diversi personalitajiet Maltin u f'dan l-aħħar programm se ntukom siltiet żagħar minn kull mistieden li kelna.Mill ġdid ngħidulkom grazzi talli ssegwu u saħħiet!

Gepostet von X'sar minnhom? am Freitag, 20. März 2020

Aħbarijiet Oħra
Artiġjanat

Dawk li fl-aħħar jiem kienu fir-Rabat Għawdex setgħu jinnutaw li kważi lest taraġ pubbliku ġdid li mill-venda tal-karozzi tal-linja jwassal għal Pjazza San Franġisk. It-taraġ hu mżejjen b’xogħlijiet fil-mużajk li…

Annimali

Kukkudril li salva mit-tieni gwerra dinjija f’Berlin miet f’zoo f’Moska fir-Russja. Iż-zoo qal li l-kukkudril li kien jismu Saturn, miet bl-età. Huwa kellu madwar 84 sena. Normalment il-kukkudrilli jgħixu bejn…

Barranin

Familja f’Oregon bilkemm setgħu jemmnu dak li kienu qed jaraw, meta rrealizzaw li wieħed mill-frieħ tal-qattusa tagħhom kellu żewġ uċuh. Il-ferħ issemmiet Biscuits and Gravy, u jidher li hija f’saħħitha,…

Kultura

Is-Surmast Joseph Debrincat addatta l-Ave Maria, tant popolari mal-Maltin, biex tindaqq mill-pjanu u titkanta minn soprano. Mro Debrincat qal li kkompona din is-silta f’April li għadda, u qed jiddedikaha lil…

Aktar