Ambjent
ARA: X’sehem għandha Malta fil-ġlieda kontra l-plastik fil-baħar Mediterran?

Malta, flimkien ma’ 8 pajjiżi oħra tal-Unjoni Ewropea u żewġ stati assoċjati, se tkun qed tnaddaf il-bajjiet tagħha f’dak li dak jissejjaħ bħala l-Blue Mediterranean Clean-Up Week.

Fl-ewwel ġimgħa ta’ Lulju, 11-il NGO li huma rikonoxxuti bħala operaturi nazzjonali tal-Blue Flag, se jingħadu flimkien fi sforz konġunt biex inaddfu l-baħar Mediterran mill-plastik u l-iskart li sfortunatament jispiċċa ġo fih.

Dawn l-operaturi minn madwar 11-il pajjiż Ewropew jemmnu li mhux biss għandha titqajjem kuxjenza dwar il-periklu tal-plastik fl-ibħra, iżda għandha tittieħed azzjoni. Għalhekk, f’din il-ġimgħa kulħadd qed jiġi mistieden biex imidd idejh u jnaddaf il-bajjiet Maltin u Għawdxin.

Il-Blue Flag Malta u Nature Trust Malta se jkunu qed jikkordinaw din il-Kmapanja għall-2019.

Il-Pajjiżi li qed jieħdu sehem f’din l-inizjattiva huma:

Ċipru – CYMEPA
Franza – Teragir
Il-Greċja –  Hellenic Society for the protection of Nature
L-Italja – FEE Italia
Malta – Nature Trust -FEE Malta
Montenegro – Environmental Consultancy of Montenegro
Iżrael – Echo Oceans Israel
Il-Portugall – ABAE/FEE Portugal
Slovenja –  Drustvo Doves – FEE Slovenia
Spanja – Bandera Azul
It-Turkija – Environmental Education in Turkey – FEE Turkey

Aħbarijiet Oħra
Immigrazzjoni

Mill-1 ta Lulju li ġej ser jidħol fis-seħħ il-ftehim bejn Malta u l-Libja li ġie ffirmat mill-Prim Ministru Robert Abela waqt żjara ta’ ftit sigħat li għamel fi Tripli l-ġimgħa…

Lokali

Ħaddiema Torok li ġew Malta biex jaħdmu fuq proġetti kbar tal-privat qed jilmentaw li ilhom xhur ma jitħallsu l-paga mill-kumpanija Torka TACA li fost proġetti li qed taħdem fuqhom hemm…

Lokali

L-attur Mario Micallef li waqt Covid 19 wassal messaġġ b’saħħtu biex l-anzjani jibqgħu d-dar, qalilna li jħossu qisu twieled mill-ġdid, il-fatt li wara tlett xhur reġa’ qed jara l-arja ta’…

Lokali

L-Assoċjazzjoni taċ-Childcare Centres qalet li kollox jinsab lest biex minn għada jerġgħu jiftħu l-bibien tagħhom. Fost il-miżuri ta’ protezzjoni, l-impjegati f’dawn iċ-ċentri se jilbsu maskri jew visors il-ħin kollu, waqt…

Aktar