Barranin
ARA: X’sorpriża jaf tiżvela Billie Eilish waqt l-Oscars?

Ħidmet l-industrija dinjija tal-films tilħaq il-qofol biċ-ċerimonja tal-Academy Awards jew l-Oscars li se ssir għada f’Hollywood. Se jiġu ppremjati 24 kategorija, f’xandira maratona li s-sena li għaddiet fl-Istati Uniti biss rawha 30 miljun persuna.

L-unuri annwali fil-Golden Globes, il-Critics Choice Awards, l-Iscreen Actors Guild Awards u l-BAFTAS tqassmu, bl-istennija issa hi għas-serata tal-Ħadd f’Hollywood meta jkunu magħrufa min kiseb unuri waqt is-serata tal-Oscars.

Il-film Joker li jitratta, jevalwa u jistaqsi dwar ir-riperkussjonijiet tal-abbuż ta’ dawk li huma l-iżjed vulnerabbli fis-soċjetà huwa wieħed mill-favoriti bi ħdax-il nomina. B’għaxar nomini, il-film dwar l-ewwel gwerra dinija, 1917. Ikklassifikat ukoll ma’ ta’ quddiem is-satira soċjali mill-Korea ta’ Isfel Parasite, u l-film sentimentali ta’ Quentin Tarantino, Once Upon a Time in Hollywood.

Parasite huwa wkoll il-favorit li jikseb l-oscar għall-aqwa film internazzjonali.

Minkejja li The Irishman ta’ Martin Scorsese b’kast li jinkludi lill-Robert de Niro, Al Pacino u Joe Pesci beda bħala wieħed mill-favoriti fil-kategoriji tal-aqwa film u l-aqwa direttur, ma tantx ibrilla fl-istaġun tal-awards.

Anki l-kategorija tal-oscar għall-aqwa direttur se tkun kkontestata mill-qrib bid-diretturi ġganti Sam Mendes, Martin Scorsese, Todd Philips, Quentin Tarantino u Boon Joon Ho innominati fil-kategorija.

Jaoquin Phoenix, Renee Zellweger u Brad Pitt huma l-favoriti li jiksbu l-oscar għall-aqwa attur għall-Joker, l-aqwa attriċi għall-Judy u l-aqwa attur f’parti sekondarja għall-Once Upon a Time in Hollywood. It-tellieqa għall-oscar lill-aqwa attriċi f’parti sekondarja hija kkontestata b’Margot Robbie u Laura Dern jitqiesu bħala l-favoriti. Iċ-ċans ta’ sorpriża f’dawn il-kategoriji mhix eskluża.

Se jkunu it-tmient elef votant membru tal- Academy of Motion Picture Arts and Sciences li jiddeterminaw min eventwalment se jkun ddikjarat bħala r-rebbieħ tal-oscars.

L-organizzaturi tal-oscars se issa kienu kawti biex jiżvelaw dettalji dwar iċ-ċerimonja li se ssir mingħajr preżentatur jew preżentatriċi. Hemm antiċipazzjoni għall-wirja tal-artista u rebbieħa ta’ ħames grammy awards, Billie Eilish, bil-possibbiltà li tinterpreta għall-ewwel darba t-tema ewlenija tal-film ġdid ta’ James Bond, No Time to Die.

Aħbarijiet Oħra

Fl-Italja mas-70% tal-poplu vvota biex inaqqas id-daqs tal-Parlament tal-pajjiż b’aktar minn terz. Dan ifisser li l-għadd ta’ Membri Parlamentari jonqos minn 634 għal 400. Ma’ dan se jiċkien ukoll is-Senat.  B’kollox…

Minn tal-inqas terz mill-270 balena li telgħu max-xatt f’Tasmania mietu u hemm il-biża’ li se jmutu aktar. Bijoloġisti marittimi qed jaħdmu qatigħ u jagħmlu milli jistgħu sabiex isalvaw il-baleni. Sa…

Min-nhar il-Ħamis li ġej fl-Ingilterra, il-pubs, barijiet, ristoranti u stabbilimenti turistiċi se jkollhom jagħlqu fl-għaxra ta’ filgħaxija minħabba l-bżonn li tiġi kkontrollata l-imxija tal-Covid-19. Bil-liġi kull settur tal-ospitalità jrid iservi…

Fl-Indja fetaħ mill-ġdid għat-turisti t-Taj Mahal wara 6 xhur magħluq minħabba l-pandemija. Dan l-iżvilupp seħħ minkejja li l-Indja hu l-agħar pajjiż milqut mill-imxija.Bħalissa fl-Indja hemm iktar minn 5 miljun persuna…

Aktar