Lokali
ARA: X’sorpriża ngħatat għalliema mir-raġel f’jum San Valentinu?

Jum San Valentinu, għal Paul Bugeja, ifisser sfida ġdida biex jagħmel sorpriża lil martu Maria Paula. Inkiss inkiss, bl-għajnuna biss tal-iżgħar minn tliet uliedhom, ħa s-sorpriża tiegħu kważi fuq l-għatba tal-iskola fejn tgħallem martu.

Maria Paula Bugeja sabet sorpriża tistenna xħin waranofsinhar ħarġet mill-iskola waqt li żewġha Paul Bugeja mlielha l-karozza bżieżaq u qlub simbolu tal-imħabba.

Għalkemm dehret xi ftit imbarrazzata bis-sorpriża quddiem bosta studenti, Maria Paula stqarret li din is-sena ma kinetx qed tistenna dis-sorpriża.

Maria qalet “qalli ma kellux moħħ, fil-verità imma mid-dehra kellu ftit.”

Paul qal “nagħmel dawn l-affarijiet biex inżomm daż-żwieġ ħaj”.

Il-koppja Bugeja għandhom tlett itfal, Luke, Maya u Jael, bl-aħħar tnejn jattendu fl-istess skola fejn taħdem ommhom.

Luke qal “din waħda mill-ikbar għax dejjem jipprova joħroġ b’xi ħaġa ġdida”.

Maya baqgħet skantata, “ma kontx nistenna li se jagħmel daqshekk affarijiet.”

Iżda iż-żgħira, Jael kienet kompliċi ma’ missierha! “Kien qed jagħmel il-qlub għall-mamà. M’għedtilha xejn għax kienet surprise”.

U qabel telqet, staqsejna x’għandhom ippjanat għal filgħaxija. Maria qalet “dinner, fillet qalli llejla għandna .. fillet bil-patata mash”.

Aħbarijiet Oħra
Politika

Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia akkuża lill-Gvern li tilef ir-ruħ soċjali tiegħu, u li qed itellef lil pajjiż mill-fibra morali, tant li fi kliemu sar pajjiż li fih xi ħadd…

Politika

Il-Prim Ministru u l-Mexxej tal-Partit Laburista, Joseph Muscat, qal li issa huwa ż-żmien biex ikun hemm diskussjoni serja dwar l-integrazzjoni biex kulħadd iħossu ugwali. Dr Muscat qal li dan huwa…

Kultura

Festival ta’ films kontemporanji Taljani se jkun organizzat bejn għada u l-Ħadd li ġej mill-Istitut Taljan tal-Kultura b’kollaborazzjoni ma’ Spazju Kreattiv u l-Programm għall-Istudji tal-Film tal-Università ta’ Malta. Cinema Italia…

Saħħa

Il-kumpanija tal-Gvern Malta Air Travel ippubblikat sejħa għall-proposti biex jinstab operatur għas-servizz tal-ajru bejn Għawdex u Malta. Fi stqarrija konġunta bejn il-Ministeru tat-Turiżmu u l-Ministeru għal Għawdex intqal li l-ħelikopter…

Aktar