Lokali
Ara x’tibdiliet saru fit-testijiet tal-VRT

Aktar minn 15-il sena mindu bdew isiru t-testijiet tal-VRT fuq il-vetturi f’Malta, Transport Malta ħabbret l-ewwel tibdil sostanzjali li bih għandha tiżdied is-sigurtà u iktar sikkatura kontra d-dħaħen tal-vetturi b’magni diesel. Transport Malta spjegat li l-miżuri l-ġodda li bdew mil-lum jimplimentaw direttiva tal-Unjoni Ewropea. Spjegat ukoll li l-ħlas fiss għat-testijiet tal-VRT ser jibqa’ bl-istess prezz kif kien fil-passat.

Il-garaxxijiet li jagħmlu t-testijiet tal-VRT bdew isegwu proċeduri ġodda f’dan it-test tal-vetturi. Filwaqt li sal-bieraħ, iċ-ċertifikat tal-VRT kien juri jekk vettura għaddietx jew le mis-sensiela ta’ testijiet, issa ċ-ċertifikat ser ikollu erba’ kategoriji b’dettalji aktar speċifiċi.

Vettura tista’ tgħaddi mit-test b’mod sħiħ iżda tgħaddi wkoll b’diffetti żgħar li jkun mistenni li jiġu rranġati. Mill-banda l-oħra, iċ-ċertifikat tal-vetturi li ma jgħaddux ser juri jekk dan kienx minħabba difetti maġġuri jew minħabba difetti perikolużi. Fl-interess tas-sigurtà fit-toroq, il-vetturi b’difetti perikoluża jistgħu jinstaqu biss s’għand il-mekanik u lura għat-test.

Transport Malta spjegat li d-difetti żgħar li ser jiġu innutati huma fuq aspetti li sa issa ma kinux jaqgħu fil-konfini tat-test tal-VRT. Is-Sur Vince Micallef Pule minn Transport Malta spjega kif din il-kategorija tapplika għal diffetti żgħar bħal-livell taż-żejt baxx.

“Dan ma jfissirx li qabel vetturi li kienu ma jgħaddux, illum il-ġurnata ser jibdew jgħaddu b’difetti minuri. Peress li t-test sar iktar strett u allura daħlu wkoll xi difetti li qabel ma kinux jigu ttestjati, u fejn qabel vettura ma kinux testable il-vrt tester kien jgħidlek biex tirranġahom, illum il-ġurnata dawn id-diffetti daħlu bħala nuqqasijiet” qal Vince Micallef Pule.

Fil-każ tad-difetti maġġuri hemm l-obbligu fuq is-sid tal-vetturi li jagħmel it-tiswija meħtieġa fi żmien 16-il ġurnata. Il-garaxxijiet tal-VRT issa jridu jagħmlu verifika iktar rigoruża fuq id-dħaħen tal-vetturi b’magna diesel. Il-vetturi manifatturati b’diesel particulate filter, irid ikollhom dan il-filter jaħdem kif suppost.

“Fejn qabel it-tester kien jiċċekja sempliċiment li qiegħed hemmhekk, illum ser jibda jittestja jekk dan il-filter mhux biss qiegħed hemmhekk imma jekk huwiex ibajpsjat jew jekk huwiex jaħdem ukoll” qal Micallef Pule.

Is-sur Micallef Pule qal li vettura tiġi meqjusa b’difett perikoluż jekk jinstab li l-filtru tan-nugrufun ma jkunx qiegħed jaħdem sew. Il-vetturi li jkunu involuti f’inċident serju ser ikollhom jerġgħu jagħmlu t-test tal-VRT malli jissewwew.

Aħbarijiet Oħra
Knisja Maltija

Riċerka ppubblikata fl-aħħar jiem tixħet dawl dwar l-ewwel attentati għas-separazzjoni tal-poteri bejn Stat u Knisja f’Malta. Kien Nicolo’ Muscat – figura prominenti fl-amministrazzjoni tal-Ordni tal-Kavallieri – li f’nofs is-seklu 18…

Lokali

Ġimgħa wara d-delitt ta’ omm żagħżugħa f’Raħal Ġdid li allegatament inqatlet mis-sieħeb tagħha, bosta għaqdiet speċjalment tan-nisa komplew jitkellmu b’diversi stqarrijiet dwar dan il-femiċidju u l-problema tal-vjolenza domestika. Mill-banda l-oħra…

Annimali

L-Assoċjazzjoni Exotic Finch Malta qed tagħti opportunità oħra lill-pubblika japprezza l-ġmiel ta’ 500 għasfur li minkejja li l-oriġini tagħhom hija barranija tfaqqsu f’Malta wara ħafna studju u esperementazzjoni. Il-wirja li…

Lokali

Il-Malta National Electromobility Platform fi ħdan Transport Malta qed tikkordina diversi inizjattivi u attivitajiet marbuta mal-Ġimgħa Ewropea Tal-Mobbiltà. It-tema għal din is-sena hija “Multimodality – Mix and Move”. Din it-tema…

Aktar