Ara x’tista’ tara fuq l-iskeda l-ġdida ta’ TVM minn għada

Minn għada, l-istazzjonijiet nazzjonali jniedu skeda ġdida ta’ programmi li se tkun imżewqa bi programmi ġodda u oħrajn li jkomplu jibnu fuq is-suċċessi li kellhom fis-snin li għaddew.

Minn Studio 1 tal-Creativity Hub fi Gwardamangia, l-aħbarijiet se jibda jixxandar dirett f’nofsinhar, fis-sitta li jinkludi servizz għal dawk neqsin mis-smigħ, waqt li l-bulettin prinċipali jibqa jixxandar kuljum fit-tmienja ta’ filgħaxija.

Ma dawn, aġġornament kontinwi f’diversi ħinijiet tal-ġurnata, fosthom aġġornament fit-3.00pm fuq TVM, se jiżdied aġġornament fl-4.00pm fuq TVM2, filwaqt li fit-8pm fuq TVM2 jixxandar aġġornament ta’ aħbarijiet bl-Ingliż.

Kull filgħodu matul il-ġimgħa jirritorna TVAM. Mit-Tnejn sal-Ġimgħa, programm ġdid ta’ attwalità, Popolin, kuljum fis-7.00pm.

Fejn tidħol drama, mit-Tnejn sal-Ġimgħa wara nofsinhar tissokkta d-drama Sorelle. Wara l-aħbarijiet tat-tmienja, nhar ta’ Tnejn se tibda s-sensiela L-Ispettur, nhar ta’ Tlieta tkompli s-sensiela F’Ġieħ l-Imħabba.

Fl-istess faxxa ta’ ħin l-Erbgħa u l-Ħamis se jkun hemm programmi ta’ diksussjoni – L-Erbgħa Fost il-Ġimgħa u Xtra. Programmi ta’ diskussjoni wkoll aktar tard filgħaxija – Realtà nhar ta’ Tnejn u Insights nhar ta’ Ġimgħa.

Tmiem il-ġimgħa se jkun iddedikat għad-divertiment. Nhar ta’ Ġimgħa filgħaxija wara l-Aħbarijiet, jibda SerataRon; is-Sibt filgħaxija huwa riservat għal għażla ta’ films u spettaklu, waqt li l-Ħadd Malta’s Got Talent.

Fejn jidħol sport, fuq TVM2 kuljum mit-Tnejn sas-Sibt programm ta’ nofs siegħa – Sports Għawdex, Tiġrijiet Biss, 3 Pointer, Ruggers, GFA Round Up u Knots. Nhar ta’ Tnejn jirritorna l-programm Offside, Sports Panorama nhar ta’ Ġimgħa u 90 Minuta l-Ħadd.

TVM2 jibqa’ impenjat li jxandar logħba kull tmiem il-ġimgħa mill-Kampjonat Premier lokali, kif ukoll logħbiet miċ-Champions League u mill-Europa League.

Ara wkoll:

Ara l-istudio il-ġdid li minnu bdew jixxandru l-aħbarijiet ta’ TVM