Kultura
ARA: X’tista’ tilbes għall-festi din is-sena?

Qed noqorbu lejn l-istaġun tal-festi, u huma diversi li bdew iħabblu rashom dwar il-moda għal dawn l-okkażjonijiet. Imma x’inhu moda għal dan l-istaġun? Twieġeb għal din id-domanda l-blogger u stilista tal-moda Caroline Paris.

Il-moda għall-istaġuni tal-Ħarifa u tax-Xitwa hija avventuruża u timraħ lil hinn mill-konvenzjonalità.

Il-blogger u l-istilista Caroline Paris qalet li x-xejriet fl-isfilati tal-moda għal dawn l-istaġuni jelenkaw id-diversità u l-femminilità mingħajr ma jikkompromettu l-kumidità jew il-flessibilità li wieħed ikun jista’ jimmanuvra faċilment bil-ħwejjeġ, aċċessorji u żraben.

Filwaqt li hu evidenti li hemm firxa wiesgħa ta’ għażliet fl-istili u l-kuluri, qalet li spikkaw ‘patterns’ bħal ‘animal print’, fosthom tat-tigra u ż-żebra, rigi elaborati, u materjali bħall-ġilda u ‘tweed’.

“L-animal print hija trend enormi dan l-istaġun, qed narawha kullimkien, jiġifieri hemm min ma togħoġbux vera, imma forsi ‘touch’, ikollok xalla żgħira jew xi żarbun jew xi ġakketta, m’hemmx għalfejn ikollok libsa twila ‘leopard print’ għax forsi dik tkun wisq,” qalet Caroline.

L-istilista qalet li l-moda m’għadhiex titqies bħala waħda li hija tajba jew ħażina, imma mod kif wieħed jippromovi sens ta’ diversità. Qalet li filwaqt li qed ikun hemm tiżwiqa fil-moda u l-istili, fil-ħwejjeġ u l-aċċessorji qed jispikkaw influwenzi tas-sebgħinijiet u t-tmeninijiet.

“Is-snin disgħin għadhom hemm… daħal qisu sentejn ilu, u għad hemm ħafna influwenza tan-nineties, dis-sena daħal ukoll l-eighties, qed naraw per eżempju l-‘padded shoulders’ ħafna ‘sequins’, ‘blue eyeshadow’, u hemm anki is-seventies, u min hemm daħal il-kannella per eżempju,” qalet Caroline.

Bl-istaġun tal-festi wara bieb, il-parir ta’ Caroline għall-irġiel u n-nisa li jridu jispikkaw fil-kotra hu sempliċi. “M’hemmx għalfejn bilfors dejjem b’dik il-libsa sewda, u għandna l-aħmar ukoll, l-aħmar daħal ħafna din is-sena, u huwa wkoll il-kulur assoċjat mal-Milied hux, kulur sbejjaħ u anki għall-irġiel, l-irġiel jista’ jkollhom ukoll dawn it-touches per eżempju.”

Aħbarijiet Oħra
Kronaka

Anzjana sofriet xi ġrieħi wara li allegatament ġiet aggredita minn raġel fil-Ħamrun. L-inċident seħħ għall-ħabta tal-4.15 ta’ waranofsinhar viċin il-knisja ta’ San Ġorġ Preca. Fuq il-post marru l-Pulizija u tim…

Qorti

Żewġ Somali tressqu l-Qorti akkużati b’pussess aggravat tad-droga kannabis, bi traffikar, u li huma riċedivi. Huma gew arrestati l-Ħadd li għadda mill-pulizija li kienu qed jagħmlu r-ronda fil-Ħamrun. Iż-żewġ irġiel…

Lokali

Justin Camilleri, li għandu l-problema tad-droga, u m’għandux indirizz fiss, tressaq il-Qorti akkużat b’serq aggravat bi vjolenza minn tliet ħwienet tal-merċa. Huwa ammetta l-14-il akkuża kontrih, li kienu jinkludu wkoll…

MIA

L-Airmalta u l-kumpanija Aviaserve ngħataw konċessjoni ta’ seba’ snin mill-Malta International Airport biex ikomplu jipprovdu s-servizzi tar-rampa fl-ajruport sal-2025. Il-Malta International Airport qalet fi stqarrija li l-kuntratti ngħataw wara sejħa…

Aktar