COVID-19
ARA: Xufiera Maltin jinqabdu 4 xhur fl-Ewropa waqt il-pandemija biex iwasslu prodotti essenzjali

Il-mediċina u l-ikel huma fost l-aktar prodotti essenzjali li mingħajrhom Malta ma tgħaddix fi żmien ta’ pandemija. Tliet xufiera Maltin li jaħdmu ma’ kumpanija lokali tal-loġistika rifsu Malta għall-ewwel darba fl-aħħar jiem wara aktar minn erba xhur maqbudin fit-toroq Ewropej, bil-għan ewlieni li jwasslu l-prodotti essenzjali, anke jekk xogħolhom laqqagħhom ma’ sfidi straordinarji.

Tliet xufiera tat-trakkijiet Maltin jinsabu Malta wara li inqabdu fil-qalba tal-kontinent Ewropew kawża tal-pandemija.

Mario Muscat, li ilu 30 sena jaħdem fil-qasam, qal li malli rifes l-Italja għal sitt ġimgħat ta’ xogħol fit-toroq Ewropej, sab ma’ wiċċu sitwazzjoni surreali – hekk kif il-każi tal-coronavirus fl-Italja bdew jisparaw ‘il fuq.

“Meta wasal fil-port ta’ Genova ma sibt lil ħadd. Qisu deżert. Containers xejn, kulħadd wieqaf. Bdejt ngħid lili innifsi jien fejn sejjer? Bdiet taħkimini ftit biża,” stqarr Mario Muscat.

Is-Sur Muscat qal li maż-żmien dara bir-realtà ġdida. Is-sewwieqa ddeskrivew kif il-ħajja ta’ sewwieq ta’ trakkijiet, li diġà kienet waħda ta’ solitudni, kompliet tgħarraq is-sitwazzjoni.

“Saret rutina. Motorways, truckers biss. Stations ma jaċċetawniex, ituk tazza kafe minn ġol-bieb. Toilets magħluqin,” irrakonta Mario Muscat.

“Affetwatna f’diversi affarjiet, bħal tieqaf fi station, shower ma ssibx. Biex tieħu sempliċi baguette vojt, magħluqa. Fejn is-soltu jiftħu 24/7 bdew jagħlqu kmieni u trid taħseb minn qabel għall-bżonnijiet ta’ ikel meta ssib xi supermarket,” qal Charles Galea.

Is-sewwieqa qalu li x-xogħol inbidel – naqsu l-prodotti impurtati u esportati minn Malta, iżda kienu sors importanti biex jitwasslu prodotti essenzjali.

“Bdejna iżjed inġorru xogħol ta’ provista bħal ikel u mediċina. Għax ġie iżjed importanti. It-tensjoni kienet kbira għalina. Hafna mill-istations ta’ ċertu pajjizi bdew jagħlqu,” kompla Louis Debono.

L-uffiċjal responsabbli mill-operat fi ħdan il-kumpanija tal-loġistika Express Trailer Antoine Vella qal li l-moviment ħieles minn pajjiż għall-ieħor inbidel f’tebqa t’għajn, tant li kellhom jimlew diversi formoli u jippreżentaw dokumenti malli trakk jiġi biex jaqsam minn pajjiż għall-ieħor. Qal li l-akbar sfida fl-eqqel tal-pandemija kienet l-inċertezza.

“Nidħlu f’pajjiż u nsibu li nbidlu ir-regoli. Forom ġodda għalkemm Transport Malta kienu qed jgħinuna b’informazzjoni kontinwa, xorta sibna pajjiżi li jagħmlu regoli ġodda,” qal il-kap tal-operat tal-kumpanija Express Trailer Antoine Vella.

Qal li l-passaport biex jaqsmu l-fruntieri kienet karta li tindika li kienu qed iġorru il-mediċini.

“Kienu tawna dokument fejn ridna npoġġuh fuq id-dashboard tat-trakk fejn kien hemm miktub urgent supply, medicines for Europe. B’dan aħna stajna nivvjaġġaw, naqsmu il-fruntieri u nnaqqsu l-ispezzjonijiet,” qal …

Hekk kif il-pandemija qed terġa’ tgħolli rasha fl-Ewropa, is-sewwieqa xorta huma mimlija ħeġġa biex jerġgħu jerħula lejn il-qalba tal-Ewropa biex ikomplu b’xogħolhom wara ftit jiem ta’ mistrieħ f’Malta, bl-akbar mistoqsija tkun kemm se tkun twila l-esperjenza li jmiss.

Aħbarijiet Oħra

Għall-ħabta tad-9pm ġie rilaxxat mill-arrest Keith Schembri, l-eks Chief of Staff fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru, wara li kien arrestat mill-Pulizija għall-ħabta ta’ nofsillejl. Huwa ħareġ mill-Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija fil-Floriana, akkumpanjat mill-avukati…

Qed joqrob il-jum li fih mistennija jiftħu l-bibien tagħhom l-iskejjel għas-sena skolastika ġdida, Television Malta żar uħud mit-tħejjijiet li qed isiru f’xi skejjel tal-Gvern u tal-Knisja biex jassiguraw il-prekawzjonijiet kollha…

Il-Partit Nazzjonalista qal li hija ħaġa tal-iskantament kif fl-aħħar jiem il-Kummissarju tal-Pulizija bi ftehim mal-Ministru għall-Intern, Byron Camilleri ħabbar li l-kariga ta’ Kap Eżekuttiv tal-Korp tal-Pulizija se tispiċċa u dan…

Fid-Dar tal-Anzjani San Ġużepp il-Fgura bħalissa hemm ftit iżjed minn 100 anzjan li għandhom il-Coronavirus. 15 minnhom irriżultaw ilbieraħ. Il-Clinical Chair tal-Ġerjatrija, Dr Brian Farrugia, qal lil TVM li s-sitwazzjoni…

Aktar