Trasport
ARA: Xufiera nisa jkissru l-karozzi tagħhom f’xulxin

Tmien nisa bi tmien karozzi destinati għall-aħħar vjaġġ tagħhom.

Skjerati ħdejn xulxin, il-karozzi kkuluriti b’diversi kliem miżbugħ fuqhom, serqu l-attenzjoni ta’ bosta hekk kif it-timijiet wara s-sewwieqa nisa kienu qed jagħmlu l-aħħar irtokki.

Tnejn mis-sewwieqa qalu li trabbew fil-karozzi, għalkemm stqarrew li ħafna mix-xogħol fil-karozza sar mir-raġel tagħhom. L-akbar stennija kienet biex il-karozzi jitniżżlu fit-trakka li tintuża għall-kompetizzjonijiet tal-motorcross f’Ta Qali.

Mal-ewwel ċans, is-sewwieqa nisa għafsu il-gass mal-pjanċi u baqgħu deħlin fl-ewwel karozza li sabu quddiemhom.

Il-vettura li tibqa’ għaddejja sal-aħħar tirbaħ il-kompetizzjoni. Meta l-uffiċjali javviċinaw vettura u jxejru l-bandiera l-ħamra, dak ikun is-sinjal li l-vettura waqfet għalkollox. L-aħħar żewġ karozzi damu jdawru ir-roti sa siegħa wara li bdiet il-komnpetizzjoni.

It-taqtiegħa finali kienet bejn żewġ nisa li żwieġhom huma aħwa, iżda dan ma żammhomx milli jaħbtu f’xulxin b’saħħa.

B’rota nieqsa u diversi daqqiet, Jessica Magro Butler ma setatx tkompli tiċċaqlaq u irtirat mit-tellieqa.

“Li nqalghu it-tyres fuq wara ma kellix idea għax tkun qed issuq u qas tati każ. Bħala tiġrija ma kinitx faċli. Id-daqqiet kienu iktar b’saħħithom mill-aħħar darba.”

Ir-rebbieħa tat-tellieqa Maronia Mallia stqarret li kellha mumenti li ħasbet li kien se jkollha tieqaf, fosthom billi beda jtir il-misħun tar-radiator lejha. Dan ma naffarha xejn milli tiddeskrivi l-esperjenza bħala waħda sabiħa.

“Qalbek tibda tħabbat tara l-oħra ġejja, taqla daqqa u hekk, esperjenza mill-isbaħ.”

Mgħannqa ma’ xulxin, u bit-tfal imħadna magħhom, tal-ewwel u t-tieni post iċċelebraw ir-riżultat flimkien.

Aħbarijiet Oħra
COVID-19

Koppja Maltija li tinsab abbord cruise fil-Mediterran għamlet appell imqanqal lis-Supretendent tas-Saħħa Pubblika biex tikkunsidra mill-ġdid id-deċiżjoni li ma titħalliex tinżel Malta. Marthese Bonello u Joseph Mercieca kitbu ittra pubblika…

Qorti

Tneħħew l-ispejjeż tal-qorti għal persuni li fil-ġranet u fil-ħinijiet normali tax-xogħol jitolbu li jinfetaħ ir-reġistru tal-qorti biex jippreżentaw rikorsi urġenti fir-reġistru tal-Qorti. Dan sar b’avviż legali minħabba li r-reġistru tal-qorti…

COVID-19

Ma nstab ħadd jikser il-kwarantina obbligatorja waqt l-425 spezzjoni li saru fl-aħħar sigħat madwar Malta u Għawdex, bl-appell jittenna biex kulħadd jibqa’ responsabbli u jikkopera mad-direttivi li jingħataw mill-awtoritajiet. Madanakollu 4…

Lokali

Wara riformi li saru inkluż tisħiħ tar-riżorsi umani fil-FIAU skont ir-rakkomandazzjonijiet, tal-Money u tal-Awtorità Bankarja Ewropea l-Aġenzija li tgħasses fuq il-ħasil tal-flus, kellha żieda qawwija f’rapporti dwar transazzjonijiet finanzjarji suspettużi….

Aktar