Stejjer Umani
Ara: Żewġt iklieb gwida jferrħu familja nieqsa mid-dawl

Il-klieb gwida Albert u Holly irnexxielhom ibiddlu l-ħajja ta’ koppja li kemm il-mara kif ukoll ir-ragel huma nieqsa mid-dawl. Martin u Joanna Sultana qalu li ħajjithom u taż-żewġ uliedhom għamlet qabża kbira għall-aħjar bil-klieb Albert u Holly.

Ftit tal-ġimgħat ilu, il-familja Sultana li kemm il-ġenituri kif ukoll it-tfal huma nieqsa mid-dawl, kibret għal sitta, bil-kelb gwida Albert jingħaqad mal-familja flimkien ma’ kelba oħra bl-isem ta’ Holly. Iż-żewġt iklieb gwida Albert u Holly, ġew imħarrġa mill-fondazzjoni għall-klieb gwida biex ġew adattati għall-hajja tal-familja Sultana.

Bis-saħħa tal-kelba Holly, Martin seta jmur għax-xogħol, u jgħin fit-trobbija taż-żewġ uliedu.

“Qabel fejn noqgħod infittex it-tarf tal-bankina, għall-arbli u għall-ghadajjar, bis-saħħa ta’ Holly tevitahomli l-għadajjar.”

Fil-programm UMANI fuq TVM, il-mara ta’ Martin, Joanna, li qabel kienet tiddependi biss mill-bastun abjad biex tmur għax-xoghol u tagħmel il-qadjiet tal-familja, stqarret li l-kelb gwida Albert għamel differenza kbira f’ħajjitha u bih tħossha rasha mistrieħa meta tkun miexja fit-triq.

“Albert jekk kien hemm xi ħaħa fin-nofs, idawwrek magħha, mingħajru ma ngħixx, dak il-baby tiegħi, huwa kollox għalija” stqarret Joanna.

Il-koppja Sultana qalu li Albert u Holly li huma tar-razza Labrador, saru parti mill-familja.

“Għandna żewġt itfal żgħar, żewġ karattri differenti, vera ħelwin, imlew ħajjitna, Holly tagħmilli ħajti komda ħafna.”

Minkejja li għandhom familja lkoll nieqsa mid-dawl, Martin u Joanna Sultana ma jħossux li għandhom xi ħaġa nieqsa u jħossu li għandhom kollox għax magħqudin bl-imħabba.

Aħbarijiet Oħra
Lokali

It-tifkira ta’ Lassana Cisse Souleymane, li kienet tpoġġiet fil-post fejn inqatel ġiet ivvandalizzata. Huwa kien inqatel kiesaħ u biered fit-triq li tagħti bejn Ħal Far u Birżebbuġa nhar is-6 t’April. B’rabta…

Lokali

Heritage Malta, flimkien mas-Sovritendenza tal-Patrimonju Kulturali Malti u l-Università ta’ Macquarie, f’Sydney l-Awstralja, qed iħabbru l-bidu ta’ proġett internazzjonali u interdixxiplinarju li jinvolvi l-istudju tal-kranji umani li nstabu ġewwa l-Ipoġew…

Qorti

Ir-raġel suspettat bl-omiċidju ta’ Charlene Farrugia mistenni jitressaq il-Qorti llum. TVM jinsab infurmat li huwa se jitressaq b’rabta mal-hold up li seħħ ftit tal-jiem ilu f’ħanut fil-Gżira. Dwar l-akkużi b’rabta…

Aktar