Barranin
ARA: Żewġt irġiel iħebbu għal xulxin bis-skieken

F’Barċellona, żewġt irġiel armati sa snienhom bis-skieken inqabdu bil-filmat jiġġieldu bejniethom fil-qalba taż-żona El Raval.

Il-konfront bejn iż-żewġt irġiel seħħ ilbieraħ għall-ħabta tat-8pm fit-triq Reina Amàlia. Iż-żona ta’ El Raval hija magħrufa għat-traffikar ta’ droga u appartamenti fejn jippreparaw id-drogi.

Il-ġlieda damet għaddejja xi 3 minuti iżda ma ġewx irrappurtati ġrieħi serji.

Wieħed mill-aggressuri jirnexxielu jolqot l-ieħor f’siequ. Skont sorsi, il-ġlieda kienet relatata mat-traffikar tad-droga.

Ir-raġel bl-akbar sikkina jidher, fil-filmat, jaħbiha fil-kowt qabel jaħrab jiġri.

Ir-raġel ferut ittieħed l-isptar għall-kura mentri l-ieħor ġie interċettat mill-Pulizija.

Iż-żewġt irġiel jinsabu arrestati.