Barranin
ARA: Żewġt itfal jintefgħu mill-ħajt bejn il-Messiku u l-Istati Uniti

L-awtoritajiet Amerikani responsabbli mill-fruntieri tal-pajjiż ħarġu fil-pubbliku vidjow li fih jidhru żewġt itfal imqabbża l-ħajt li jifred l-Istati Uniti mal-Messiku.

Fil-filmat miġbud bil-lejl tidher persuna tixxabbat mal-ħajt għoli 14-il pied imbagħad titfa’ lit-tfal fid-deżert ta’ New Mexico u tħallihom għal rashom.

Waqt li t-tfal baqgħu ħdejn il-ħajt, il-persuna tidher titlaq tiġri minn fuq il-post flimkien ma’ oħra.

It-tfal, it-tnejn bniet, għandhom tliet snin u ħames snin. Huma ġew miġbura mill-uffiċjali tal-fruntiera u ttieħdu l-isptar biex jiġu eżaminati.

https://www.facebook.com/CBPgov/videos/895678334340513